Sport Sport Ieħor

Adam Yates jirbaħ il-Volta ta’ Katalunja

Adam Yates tal-Ineos Grenadiers rebaħ il-Volta ta Katalunja hekk kif żamm l-ewwel post li kiseb fit-tielet stadju tat-tellieqa f’Valter 2000.

Ma’ Yates, 28, inaqgħdu miegħu fuq il-podium iċ-ċiklisti tal-istess tim tiegħu, bl-Awstralja Richie Porte jidħol 45 sekonda wara fit-tieni post, b’ Geraint Thomas jidħol fit-tielet post erba’ sekondi wara. L-aħħar stadju ntrebaħ mill-Belġjan Thomas de Gendt tat-tim Lotto-Soundal.

L-erba’ darbiet rebbieħ tat-Tour de France Chris Froome, li kien qiegħed jirrapreżenta lit-tim ta’ Israel Start-Up Nation, kellu tellieqa diżappuntanti hekk kif għadu qed jirkupra minn injury li sofra f’ħabta li kellu fl-2019.