Lokali

Appoġġ qawwi għall-Partit Nazzjonalista

Maratona li kienet turija tal-appogg li qed jaghtu n-nies lill-Partit Nazzjonalista… inzijattiva li matulha ippartecipaw numru kbir ta’zaghzagh, esperti minn oqsma varji kif ukoll deputati tal-PN.

F’diskussjoni dwar is-settur ekonomiku, id-deputat Claudio Grech qal li s-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna ħalliet ħafna negozji dahrom mal-ħajt għal diversi raġunijiet. U ghalhekk, il-PN se jibqa’ ta’ spalla ghan-negozji. Filwaqt li id-deputat Kristy Debono saħqet li l-PN wera kemm hu partit preparat billi dejjem ħareġ bi proposti. Hija saħqet li hemm bżonn li nnaddfu ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna sabiex nkunu nistgħu nattiraw kumpaniji f’setturi ġodda.

Jake Scerri Seychell, żagħżugħ u membru attiv fl-MZPN, saħaq li l-pedament tal-ekonomija Maltija huma in-negozji speċjalment in-negozji żgħar. Huwa stqarr li bħala PN irridu naraw x’inċentivi nistgħu noħolqu għal dawn in-negozji filwaqt li nisimawhom u nagħtuhom is-sostenn li għandhom bżonn.

Il-kandidata ġdida f’isem il-PN, Julie Zahra tkellmet dwar l-importanza li nibqghu nappogjaw lill-artisti u s-settur kulturali.

Dwar dan, tkellmet ukoll il-kantanta Fiona Cauchi, illi spjegat kemm hi ħaġa importanti li t-tfal jitrawwmu f’hiliet artistici varji.

Minn naħa tiegħu, id-Deputat Karl Gouder saħaq li dan huwa żmien ta’ sfidi kbar għal kulħadd iżda s-settur tal-arti u l-kultura huwa wieħed mill-aktar li qed ibati minħabba l-pandemija…u ghalhekk, hemm bzonn appogg qawwi ghall-artisti.

Dwar il-pandemija tkellem ukoll l-Eks Supretendent tas-saħħa Ray Busuttil illi semma’ kif certu miżuri iddaħħlu tard… u kellhom ikunu aktar qawwijjin mal-ewwel.

Id-Deputat Stephen Spiteri minn naħa tiegħu saħaq li l-Gvern donnu ntebaħ tard bis-sitwazzjoni….u insista illi kieku dawn il-miżuri ddaħħlu aktar kmieni konna nipprevjenu mewġa qawwija ta’ każi attivi. Bid-Deputat Claudette Buttigieg titkellem dwar l-importanza li nħarsu ‘l quddiem biex ma nkomplux niżbaljaw qabel jitneħħew ir-restrizzjonijiet.

Matul il-maratona għamlu l-intervent tagħhom żgħażagħ mill-fergħa team start u mzpn. Charlene Camilleri, Armando Xerri , Carina Suda u Gabriel Micallef

Ippartecipaw ukoll l-Eks Kapijiet tal-PN Adrian Delia u Simon Busuttil il-Vici Kapijiet Robert Arrigo u David Agius, is-Segretarju Generali Francis Zammit Dimech, u l-kumplament tat-tmexxija tal-PN….fosthom is-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight u l-President tal-Ezekuttiv Alex Perici Calascione.