Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jħalli l-ground wara li kellu gowl mħassar

Cristiano Ronaldo ħalla l-ground fl-aħħar sekondi tal-partita tal-Portugall kontra s-Serbja, wara li r-referee ma tax gowl li deher li kien qabeż il-linja, bil-partita tintemm fi draw ta’ 2-2.

L-istess Ronaldo deher irrabjat ferm, tant li hu u ħiereġ neħħa l-faxxa tal-captain u tefagħha mal-art. Sadanittant, f’post fuq il-profil tal-midja soċjali tiegħu, Ronaldo stqarr li dawn huma mumenti diffiċli għalih, fejn saret inġustizzja ma nazzjon sħiħ.

Il-captain tat-tim Portugiż qal ukoll li hu se jibqa’ jagħti l-massimu tiegħu għal pajjiżu filwaqt li ħeġġeġ lil sħabu sabiex jħarsu ‘l quddiem għal partita li jmiss.

Il-Portugall jmisshom jilagħbu kontra l-Lussemburgu nhar it-Tlieta li ġej, fit-tielet partita tagħhom minn Grupp A tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022.