Dillian Whyte ikkontrolla it-tieni ġlieda tiegħu kontra Alexander Povetkin fejn wera dixxiplina u saħħa sabiex għeleb lil Povetkin fir-raba’ round.
Dillian Whyte rnexxielu jolqot lil Povetkin f’rasu b’daqqa b’saħħitha fir-raba’ round, sabiex f’Ġibilta’ rnexxielu jpatti għad-disfatta li kien sofra kontra l-istess Povetkin. f’Awwissu tal-2020.
Għar-Russu, din kienet biss it-tielet telfa f’39 ġlieda, fejn kien tielef kontra Anthony Joshua u Vladimir Klitschko. B’hekk Dillian Whyte rebaħ it-titlu interim tad-WBC heavyweight.
Whyte, qabel il-ġlieda, ta’ omaġġ lil-leġġenda tal-boxing li miet ftit ġimgħat ilu, Marvin Hagler, li miet fl-eta’ ta’ 66 sena.
//= $special ?>