Lokali

“Flimkien irridu nerġgħu nibnu reputazzjoni tajba għal pajjiżna” – Bernard Grech

“Ilkoll flimkien kulħadd fuq xgħolu nqumu biex nagħmlu dak li huwa dmirna u fl-awtorità tagħna. Fiduċjuż li flimkien lil isem pajjiżna nerġgħu nagħtuh dak li jistħoqqlu u nkunu kburin bih. Flimkien se ntellgħu l-bandiera Maltija li se tkun qed tperper. Bil-ħidma tagħna lkoll, dan il pajjiż se jerġa’ jkun dak il-pajjiż li inti u jien inkunu kburin bih.”

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu kien qed jieħu sehem f’attivita politika li saret fil-Belt Valletta. Fid-diskussjoni ħadu sehem il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb, il-Kap Eżekuttivv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella kif ukoll il-President tal-Malta Employers Association Dolores Sammut Bonnici.

Huwa qal li sabiex titjieb ir-reputazzzjoni ta’ pajjiżna bilfors irid ikollok partit differenti fil-Gvern. L-Oppożizzjoni qed toffri jdejha biex din ir-reputazzjoni ta’ pajjizna titranġa mill-iktar fiss possibbli. “Kull persuna li naqset trid tiġi invetigata u għandha titressaq fil-Qrati tagħna. Iżda din il-problema  mhux se tissolva mill-politiċi biss.”

Il-Kap tal-PN qal li rridu niġu flimkien u nibnu din ir-reputazzjoni mill- ġdid. Bernard Grech qal li jinsab detreminat u konvint li huwa għandu l-obbligu li jibqa’ jaħdem.

Bernard Grech tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-COVID… “f’dawn iċ-ċirkustanzi rridu nkunu maturi u serji… insistejna li jkun hemm miżuri li jsiru f’ħin u f’waqthom speċjaliment f’Ottubru li għadda meta tkellimna fuq il-portijiet… għax bl-iscreening tevita li jidħlu iktar każijiet.”

Anke dwar it-test tal-COVID li jridu jġibu maghom dawk li jivvjaġġaw… dan kellu jkun hemm mill-bidu… minn kull pajjiż. Huwa qal li flimkien irridu nkomplu naħdmu biex ngħelbu din il-pandemija.

Bernard Grech jilqa’ wkoll l-indikazzjonijiet pożittivi dwar ir-rapport tal-Moneyval iżda qal li qatt ma kellna nkunu f’din is-sitwazzjoni li rridu ngħaddu mit-test tal-Moneyval, għax il-ħsara saret.

Huwa qal ukoll li l-ħaddiema għandu jkollhom serħan il-moħħ ħalli nerġgħu ndawru r-rota ekonomika… biex tikber l-ekonoija jrid ikun hemm il-ħidma ta’ kulħadd.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb tkellem fuq l-importanza li jkun hemm kontinwita u pajjiżna jimxi fid-direzzjoni li tixirwilna fosthom li jiżdiedu t-talenti u r-riżorsi.  Apparti dan huwa importanti wkoll li jkun hemm pjan għall-wara li tgħaddi l-pandemija tal-COVID

Huwa qal li apparti l-wage suppliement għandu jkun hemm viżjoni ċara li naraw li naslu aħjar mill-kompetituri tagħna… aħna ma’ pajjiżi oħrajn.

Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella tkellem dwar il-ħidma imprezzabbli li qed jagħmlu l-front liners f’pajjiżna. Huwa qal li dak li jinkwetah huwa li l-Ministru tas-Saħħa qed ikaxkar saqajh biex jagħtii kunidizzjonijiet differenti tax-xogħol.

Tkellem ukoll fost oħrajn fuq il-ħaddiema ta’ Steward li suppot kellhom jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol. Huwa appella lill-Ministru tas-Saħħa biex ipoġġu mal-mejda u jsib is-soluzzjonijiet.

Bernard Grech qal fil-privat għandek min qed jissallab biex lill-ħaddiema jibża’ għalihom għax jaf li għandu bżonnhom u min-naħa l-oħra hemm il-Gvern li meta tassew għandu bżonn lill-front liners, qiegħed sfortunamtanet jitrattahom b’dan il-mod. Bernard Grech qal li jrid ikollna Gvern li ma jużax il- flus u l-istituzzjonijet kontra l-poplu.

Il-President tal-Malta Employers Association Dolores Sammut Bonnici. qalet li n-negozji meta għaddew mill-COVID ma batux biss dawk li għalqu iżda batew ukoll dawk li baqgħu miftuħin. Hija tkellmet ukoll fuq il-Work life balane fejn għandha tingħata importanza wkoll lill-karriera tal-mara. Il-flesibbiltà kienet ħaġa importanti ferm speċjalment waqt din il-pandemija.   

Bernard Grech tkellem fuq l-importanza li n-nies ikunu jafu l-verità kollha u nkunu onesti magħhom. Irridu nħarsu lejn ekonomija li tkun sostenibbli anke lil’hinn mill-pandemija fejn s’issa m’hemmx ebda strateġija konkreta ta’ post covid.

David Xuereb qal l-pandemija hija xi ħaġa li jidher li se ttawwal. Għalhekk huwa importanti li niddeċiedu wkoll x’se jsir issa. “Aħna bħala kamra tal-kummerċ għamilna diversi working groups u f’kull suġġett qed naraw x’iridu nagħmlu biex naħdmu f’kull settur – edukazzjoni, saħħa, xogħol.  Il-COVID għandha tkun dik li tagħmilna kompetittivi.”

Dwar it-tests tal-COVID li jġibu magħhom dawk li jivvjaġġaw, Josef Vella qal li din kienet proposta li ilhom li ressquha. Vella qal l-miżuri misshom ġew implimentati ħafna qabel. “L-isfidi li għandna hemm barra ilhom ġejjin mit-2008. Anke wara li tgħaddi l-covid, ir-remote working se tibqa’ magħna. Hemm sfidi li qegħdin hemm u se jibqgħu anke wara li tgħaddi l-pandemija tal-COVID.”

Doris Sammut qalet li l-ħsara kienet ilha tinħass ħafna qabel ma’ bdiet din il-pandemija. Bdiet tonqos il-fiduċja, għalhekk huwa importanti li din il-fiduċja terġa’ tibda tinbena għax Malta għandha x’toffri ħafna fir-riżors uman.

Dwar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, Bernard Grech qal pajjiżna huwa ferm aħjar minn dawk il-persuna li kissru lil pajjiżna. “Wasalna hawn għax sfortunatmanet mhux biss kellna persuni li naqsu bil-kbir iżda kien hemm ukoll persuni li kienu qed jiddefenduhom.”