Fid-diskussjoni politika li saret il-Ħadd filgħodu fil-Belt Valletta ħadu sehem ukoll il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb, il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella kif ukoll il-President tal-Malta Employers Association Dolores Sammut Bonnici.
David Xuereb qal li huwa importanti li pajjiżna jkollu infrastruttura fit-tul u analiżi serja ta’ fejn irridu mmorru. Dan għaliex dan huwa dak li jagħmilna vera sostenibbli. Apparti dan irridu naraw li l-businesses ikunu preparata għal short, medium u long plan għal dan iż-żmien tal-pandemija tal-COVID.

David Xuereb tkellem fuq l-importanza li jkun hemm kontinwita u pjan li jwassal lil pajjiżna jimxi fid-direzzjoni li tixiraqlu. Dan sabiex pajjiżna jkun jista’ jikkompeti ma’ pajjiżi oħrajn f’diversi oqsma.
David Xuereb qal l-pandemija hija xi ħaġa li jidher li se ttawwal. Għalhekk l-Kamra tal-Kummerċ għamlet diversi working groups fejn studjat x’ħidma jeħtieġ issir f’diversi setturi fosthom l-edukazzjoni, is-saħħa u xogħol. Huwa sostna li l-pandemija tal-COVID għandha tinbidel f’opportunità biex tagħmel lil pajjiżna iktar kompetittiv.
Huwa qal li huwa importanti li tingħata importanza kbira lir-riżorsa umana ta’ pajjiżna għax il-komperizzjoni tagħna mhix f’pajjiżna stess iżda mal-pajjiżia l-oħra.
“Jeħtieġ li l-ħaddiema jingħatalhom dak li huwa tagħhom bi dritt” – Josef Vella
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella tkellem dwar il-ħidma imprezzabbli li qed jagħmlu l-front liners f’pajjiżna. Huwa qal li jinkwetah il-fatt li l-Ministru tas-Saħħa qed ikaxkar saqajh biex joffri kundizzjonijiet differenti tax-xogħol, fosthom lill-ħaddiema ta’ Steward li suppost kellhom jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema l-oħra li jaħdmu fl-istess settur. L-istess sitwazzjoni qed jgħaddu minnha l-ħaddiema li jaħdmu fl-ambulanzi.
Huwa qal li ma nistgħux nużaw il-pandemija bħala skuża u ma nagħtux lil-ħaddiema dak li huwa tagħhom. Dan għaliex dawn il-ħaddiema, bħal ħafna oħrajn għamlu sagrifiċċju kbar matul din il-pandemija fejn fost oħrajn iċċaħħu mill-qraba tagħhom sabiex jagġtu servizz lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Quddiem dan kollu, il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers appella lill-Ministru tas-Saħħa biex ipoġġu mal-mejda u jsib is-soluzzjonijiet. Huwa qal li jrid ikun hemm il-kollaborazzjoni ta’ kulħadd iżda huwa wkoll l-obbligu tal-Gvern li jsib is-soluzzjonijiet għall-dawn il-problemi.
Dwar il-pandemija tal-COVID, Josef Vella qal li kien hemm diversi prospoti li l-Union kienet ilha żmien twil li ressqet fosthom li jinġieb test negattiv tal-COVID minn dawk kollha li jidħlu f’pajjiżna. Huwa qal li kieku lGvern ta’ Robert Abela daħħal il-miuri f’ħinhom u f’waqthom, ma konniex nispiċċaw fis-sitwazzjoni li spiċċajna fiha ftit tal-ġranet ilu fejn pajjina irreġistra numru rekord ta’ każi pożittivi f’ġurnata waħda biss.
“Irridu nerġgħu niksbu lura l-fiduċja” – Dolores Sammut Bonnici
Il-President tal-Malta Employers Association Dolores Sammut Bonnici qalet li minħabba l-pandemija tal-COVID batew kemm dawk in-negozji li għalqu iżda wkoll dawk li baqgħu miftuħin.
Hija tkellmet ukoll fuq il-Work life balance fejn għandha tingħata importanza wkoll lill-karriera tal-mara fejn il-flesibbiltà flimkien mat-telework kienu importanti ferm speċjalment waqt din il-pandemija.
Doris Sammut Bonnici għamlet aċċenn partikolari fuq il-fatt li d-daqqa fuq in-negozji kienet ilha tinħass ħafna qabel bdiet din il-pandemija… fejn dan kollu wassal biex bdiet tonqos il-fiduċja.

Hija saħqet fuq l-importanza li rridu naraw kif se nreġġgħu lura din il-fiduċja u nuru x’aħna kapaċi nagħmlu bħala Maltin. Hija appellat lil kulħadd sabiex jagħtu sehemu biex nuru li aħna bħala Maltin. Sammut Bonnici qalet li l-Maltin mhumiex bħal dawk l-erba’ persuna li ħamgu li Malta… iżda l-poplu Malti huwa magħruf għall bżulija tiegħu.
Hija saħqet li pajjiżna għandu ħafna x’joffri fosthom fir-riżorsa umana fejn il-bniedem għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox. Huwa b’hekk biss li pajjiżna jista’ jimxi ‘l quddiem.

