Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, bdiet il-Maratona Ġbir ta’ Fondi bit-tema ‘Paġna Ġdida għal pajjiżna’.
Għall-Partit Nazzjonalista din hija attività importanti għall-ħidma tiegħu, partikolarment fid-dawl tal-infieq meħtieġ biex iwassal aktar il-messaġġ tiegħu fost il-poplu.
Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi, bdiet f’2pm, u qed ssir ukoll fid-dell tal-avvenimenti li żviluppaw fl-aħħar jiem, bl-arrest fost l-oħrajn tal-eks Chief of Staff f’Kastilja, u anke l-ewwel waħda li se tħares lejn l-elezzjoni ġenerali, mistennija fix-xhur li ġejjin.
F’kumment fil-bidu tal-maratona, is-Segretarju Penerali tal-PN, Francis Zammit Dimech saħaq li “investiment fil-PN huwa investiment f’paġna ġdida għal pajjiżna.” Hu faħħar is-servizz li qed jgħati b’mod kontinwu Net Television fejn fakkar li dan kollu jirrikjedi fondi. “Hemm bżonn aktar investiment biex insaħħu l-vuci tagħna.”
Is-Segretarju Ġenerali appella lill-pubbliku għal investiment favur il-vuċi tal-verità, il-vuċi tal-poplu, “li aħna nkunu hemm għas-servizz tal-poplu Malti kollu.”
Fil-messaġġ tiegħu, fil-bidu tal-maratona, it-Teżorier tal-PN Mario Ellul qal li l-Maratoni huma l-influss tal-finanzi li għandu bżonn biex jitmexxa ta’ kuljum il-partit. Hu fakkar li l-iskema taċ-ċedoli għadha miftuħa, u min jixtieq jinvesti fil-partit b’dan il-mod jista’ jitkellem mat-teżorrier jew mas-Segretarju Ġenerali tal-PN.
Fl-ewwel parti ta’ din il-maratona kienu intervistati President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea, President tal-Amministarattiv Carm Mifsud Bonnici.
Ċensu Galea saħaq li l-PN qed joffri paġna ġdida għal pajjiżna mhux ghax se nbiddlu il-prinċipji tal-partit imma għaliex pajjiżna għandu bzonn jirrealizza kemm dan il-pajjiz spiċċa f’pożizzjonijiet diffiċli minħabba deċizjonijiet ħżiena li ttieħdu fl-aħħar snin mill-Partit Laburista.
Carm Mifsud Bonnici qal li jidher ċar li l-PL abbanduna l-prinċipji tiegħu, saħaq li minn naħa l-oħra llum iż-żejt qed jitla’ f’wiċċ l-ilma u qed juri li l-PN baqa’ dejjem leali, baqa’ b’persuni li qegħdin hemm biex jagħmlu ġid lin-nies u bidla pożittiva fil-pajjiż.
Din il-Maratona qed issir b’ħarsien tar-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija li qed ngħixu fiha bħalissa. U min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan billi jċempel jew jibgħat SMS, kif ukoll online mis-sit elettroniku pn.org.mt/donazzjoni. Wieħed jista’ wkoll jikkuntattja lil xi membru tal-Kumitat Sezzjonali tal-lokalità tiegħu.
//= $special ?>