Lokali

Jirrakkonta kif ġie wiċċ imb’wiċċ mal-mewt minħabba l-Covid-19

“Ħafna nies qed jkomplu jieħdu r-riskji, billi jemmnu li huma b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-Covid-19, filwaqt li jpoġġu l-ħajja ta’ ħafna oħrajn, fil-periklu”. Kliem Stephen Callejja li ġie wiċċ imb’wiċċ mal-mewt minħabba din il-pandemija.

Huwa stqarr li fl-eta ta’ 50 sena, saħħtu kienet tajba. Meta bdiet il-pandemija hu ħaseb li jekk jiġi pożittiv għal dan il-virus, ser ikun jista’ jiġġilidlu bi ftit kumplikazzjonijiet biss. F’intervista mal- Independent, Stephen stqarr li l-fatt li ħafna nies li kienu pożittivi għal dan il-virus ma kellux jintomi, kompla jħeġġiġlu l-ħsieb li wieħed jista’ jgħaddi minn dan il-faċilment. “Qatt ma kont nobsor li minħabba l-COVID-19 ser nispiċċa fit-Taqsima tal-Kura Intensive u li ser inkun viċin il-mewt” kompla jgħid Stephen Calleja.

Saħaq li fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu huwa ttestja pożittiv u mal-ewwel induna li ma kinitx ser tkun faċli bħalma kien jaħseb. Huwa stqarr li kellu ħafna mis-sintomi li sfortunatament iħalli impatt fl-istil ta’ ħajja tal-bniedem.

Minħabba li nifsu beda sejjer lura u minħabba li d-deni ma riedx jinżillu, Stephen kellu bżonn jingħata l-kura fl-Isptar.

Stephen Calleja stqarr li ma tantx jiftakar wisq minn dak li ġara.. lanqas kif mill-IDU spiċċa l-ITU. In-nifs baqa’ sejjer lura u l-ossiġnu beda jonqos… ma setax jieħu nifs mingħajr assistenza. Għalhekk, kellu jittieħed fl-ITU tal-Isptar Mater Dei.

“Meta tabib jgħid lil martek li it-48 siegħa li ġejjien huma kritiċi u li jista’ jiġri kollox.. hemm tkun taf kemm hi serja”.. stqarr Calleja.

Huwa saħaq li l-agħar ħaġa minn din il-pandemija hija is-solitudni. Stqarr li meta beda ġej lura għan-normal iżda xorta waħda kien għadu fl-ITU, ħsibijietu kienu jmorru fuq dawk li mietu weħedhom mingħajr familjari ħdejhom ħlief għal xi tobba li jkunu xogħol u li jkunu qed jippruvaw isalvu ħajjet ħaddieħor.

Il-familjari huma l-aktar persuni li jippruvaw jagħtu kuraġġ lil dak li jkun, b’kull mod li jistgħu. Stephen saħaq li bintu pruvat saħansitra tikkuntattja lil kantant favorit tiegħu sabiex tgħidlu jibgħatlu filmat għall-kuraġġ filwaqt li ibnu kien ipoġġi il-flokk tat-tim favorit tiegħu fuq is-sufan fejn normalment kien ipoġġi missieru waqt xi logħoba.

Hekk kif Stephen beda jieħu ħajtu lura, huwa saħaq li l-COVID-19 għalmitu japprezza aktar il-ħajja, japprezza aktar kull jum u finalment sar jar kemm l-għeżiż tiegħu verament japprezzaw.

Community Verified icon