Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet f’xaft

Mara ta’ 77 sena tinsab fil-Periklu tal-Mewt wara li għall-ħabta tal-15:45 waqgħet madwar sular u nofs f’xaft ta’ blokka appartamenti fi Triq Agatha Barbara f’Ħaż-Żabbar.

Tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post tal-inċident sabiex jassistu lill-mara filwaqt li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Dwar il-każ infetħet inkjest filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.