Sport Sport Ieħor

Maverick Vinales jirbaħ l-ewwel MotoGP tal-istaġun fil-Qatar

Maverick Vinales renxxielu jirbaħ l-ewwel MotoGP tal-istaġun hekk kif għamel it-22 dawra f’ ħin ta’ 42:28:663, wara li għeleb l-isfida tal-Yamaha li kienu qed jokkupaw l-ewwel erba’ postijiet fil-bidu tat-tellieqa.

Ma’ Vinales, fuq il-podium inaqgħdu wkoll Johann Zarco u Franncesco Bagnala li temmew fit-tieni u t-tielet posizzjoni rispettivament. Joan Mir ta’ Suzuki Ecstar spiċċa fir-raba’ post segwit minn Fabio Quartararo, Alex Rins u Aleix Espargaro, li temmew fil-ħames, is-sitt u s-seba’ posizzjoni rispettivament.

L-Ispanjol Pol Espargaro ta’ Repsol Honda spiċċa fit-tmien post filwaqt li Jack Miller spiċċa fid-disa’ post. Enea Bastianini ta’ Avinita Ducati temm fl-għaxar post bi Stefan Bradt ma jirnexxielux jiġbor punti hekk kif spiċċa fil-ħdax-il post.

Il-leġġenda Taljan Valentino Rossi ta’ Petronas Yamaha spiċċa fit-tnax-il post filwaqt li Miguel Oliveira, Brad Binder u Jorge Martin segwewh fit-tlettax, l-erbataxx u l-ħmistax-il post. L-aħħar erba’ postijiet kienu okkupati minn Luca Martini, Iker Lecuona, Franco Morbidelli u Lorenzo Savadori.

Sfortunatament, Alex Marquex, Takaaki Nakagami u Danilo Petrucci ma temmewx it-tellieqa.