Lokali

Tliet xhur ħabs u sentenza sospiża wara li ppruvaw jaħarbu min Malta f’kontejner

Għall-ħabta tal-11.30 ta’ dalgħodu, il-Pulizija ressqet tliet zagħzagħ il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.

It-tliet żgħażagħ Sudaniżi, ta’ 18 u 17-il sena ġew mixlija li ppruvaw jaħarbu minn Malta mingħajr passaport ġo kontejner abbord bastiment li kien fil-Valletta Gateway Terminals.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Iż-żewġ Sudaniżi li għandhom 18-il sena ntbagħtu sitt xhur ħabs, bil-Maġistrat twissihom biex juru rispett lejn Malta jekk iridu jibqgħu jgħixu u jibnu l-futur tagħhom hawnhekk.

Iż-żgħażugħ ta’ 17-il sena ngħata sentenża sospiża ta’ sitt xhur sospiżi għal sena, bil-Maġistrat twissieh li jekk jerġa jagħmel reat ieħor fi żmien sena hu se jintbagħat il-ħabs. Il-Maġistrat qalet li fid-deċiżjoni tagħha kkunsidrat il-fatt li huwa minorenni, ammetta r-reat u kkopera mal-pulizija.