Hija €335,157 is-somma miġbura fil-maratona tal-PN – maratona li saret tul il-jum tal-Ħadd u li xxandret kemm fuq Net TV u anke fuq Net FM.
Fi tmiem il-maratona, il-Kap tal-PN irringrazzja mhux biss lil dawk li ħadu sehem iżda fuq kollox lit-tim li ħadem biex ġiet organizzata din l-inizjattiva.
Aktar kmieni
F’intervista li saritlu minn Robert Cremona waqt il-Maratona bit-tema ‘Paġna Ġdida għal Pajjiżna”, il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem dwar il-fatt li l-poplu Malti m’għadx għandu dubju li l-Gvern Laburista huwa miżgħud bil-problemi fejn f’dawn l-aħħar snin ħarġu diversi stejjer li ċapsu isem pajjiżna.
Huwa fakkar li l-eks Chief of Staff Keith Schembri tressaq il-Qorti għal dawk l-affarjiet li għamel hu stess u allura Abela ma jibqagħlux triq oħra jew li jibqa’ jiddefendih jew jieħu l-passi neċessarji. Hu fakkar li Robert Abela kien konsulent ta’ Joseph Muscat meta kien Prim Ministru ta’ pajjiżna.
Bernard Grech sostna li qegħdin fejn qegħdin illum… f’semi lockdown għaliex meta suppost kellu jieħu azzjoni, il-Gvern ma ħa ebda azzjoni. Quddiem din is-sitwazjoni, il-Partit Nazzjonalsita se jibqa’ joffri proposti konkreti.
Fuq l-iskandlu li ħareġ fil-media aktar kmieni din il-ġimgħa dwar il-Ministru Justyne Caruana, il-PM stess ikkonferma li dak li sar kien ħażin għax kien hu stess li waqqaf il-kuntratt li tat lill-ħabib tagħha imma fl-ebda ħin ma ħa passi fil-kontront tal-persuna.
Bernard Grech qal li huwa importanti ferm li nibqgħu ninvestu fil-mezzi tax-xandir sabiex il-PN ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu.
//= $special ?>