Sport Sport Ieħor

Possibilita’ li aktar timijiet nazzjonali jitħallew jittrenjaw

Wara li l-ġimgħa l-oħra madwar għoxrin organizzazjoni sportiva applikaw sabiex jkunu eżentati mill-aħħar restrizzjonijiet tal-Covid 19, din il-ġimgħa tmien federazzjoni nazzjonali mistennija jingħataw l-eżenzjoni mis-Supretendent tas-Saħħa.

Il-federazzjonijiet li se jkunu esklużi minn dawn ir-restrizzjonijiet jinkludu; l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Għawm, il-Federazzjoni Maltija tal-Ġudo, il-Federazzjoni Maltija tat-Tennis, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika, il-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Cricket, l-Malta Rugby Football Union u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball.

Dawn l-assoċjazzjonijiet se jkunu eżentati hekk kif se jkunu qed jippreparaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej jew Mondjali.