Wara li l-Prim Ministru tilef il-kontroll tal-pandemija għax naqas milli jieħu l-pariri tal-esperti u minflok baqa’ jwebbes rasu, filwaqt li jagħmel dikjarazzjonijiet irresponsabbli, dalgħodu ħabbar aktar miżuri restrittivi.
Fi stqarrija, il-COVID Action Team tal-Partit NAzzjonalista stqarr li l-Partit Nazzjonalista ilu jinsisti li miżuri f’ħinhom u f’waqthom huma effettivi sabiex nikkontrollaw l-imxija tal-COVID-19, u l-Prim Ministru issa kellu jisma’ mill Oppożizzjoni u jieħu azzjoni. Tlifna sena, u llum mhux biss morna lura back to square one iżda sfortunatament kważi lħaqna l-400 imwiet.
Il-Partit Nazzjonalista jkompli jisħaq li programm ta’ vaċċinazzjoni effiċjenti huwa kruċjali għas-suċċess biex negħlbu l-pandemija kif qalulna kontinwament l esperti. Screening serju fl-ajruport u fil-portijiet huwa ferm kruċjali biex tiġi kkontrollata l-imxija. Dan kellu jkun obbligatorju xhur ilu meta tħabbret it-theddida tal-varjanti tal-COVID-19. B’hekk stajna nevitaw ir-rata għolja ta’ imwiet f’dawn l-aħħar xahrejn, l-overload qawwi fuq l-isptar Mater Dei b’mod speċjali s-swali tal-ITU kif ukoll il-pressjoni qawwija fuq il-frontliners.
Contact tracing effiċjenti u f’ħinu jrid ikompli jkun l-għodda fil-kontroll tal-pandemija. Filwaqt li l-każijiet attivi rappurtati jidhru kostanti dan ma jfissirx li rbaħna u li għandna nirrilaxxaw ċertu miżuri qabel il-ħin. Dan ikun żball li diġa’ esperjenzajna f’pajjiżna.
Għalhekk ejja nkomplu b’dan l-isforz b’responsabbilta’ kollettiva sabiex naslu flimkien.
//= $special ?>