“Meta Pietru ġie mistoqsi jekk ma kienx jaf lil Kristu, Pietru ċaħad għal tliet darbiet u gideb li ma jafux – jekk jistaqsu lielkom jekk ma tafuhx lil Gesù Kristu, x’se tirrispondu, u se jsibu provi li tafuh”.
Din hija parti mill-Omelija tal-Arċisqof Charles J Scicluna waqt li kienet qed tiġi ċċelebrata l-quddiesa ta’ Hadd il-Palm. F’din il-ġurnata l-Knisja Kattolika tfakkar id-‘Daħla tal-Mulej f’Ġerusalemm’, bis-simbolu tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ, u r-rakkont tal-Passjoni tal-Mulej.
Hekk kif il-Ħadd ingħata bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Scicluna stqarr li wasal iż-żmien li l-Kattoliċi ma jibqgħux jagħmlu bħal San Pietru u jiċħdu li ma jafux min hu Gesù Kristu. Kien għalhekk li l-Arċisqof stqarr li wasal iż-żmien li nsiru nafu aħjar min hu tassew il-Mulej.
Waqt il-Quddies ta’ Ħadd il-Palm li saret fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku ddikjara li ta’ kull sena din il-Liturġija ta’ Hadd il-Palm turina kif il-bniedem għall-ewwel jilqa’ lil Ġesù iżda f’temp ta’ ftit żmien jispiċċa jikkundannah għall-mewt.
Il-Papa ddikjara li wasal iż-żmien li n-nies mhux talli jibdew jammiraw lil Kristu imma jibdew japprezzaw l-imħabba kbira tiegħu fejn ta ħajtu għall-bnedmin.
//= $special ?>