Internazzjonali

Awstralja: Lockdown qasir ieħor fi Brisbane

Il-belt ta’ Brisbane daħlet f’lockdown ‘immedjat’ ta’ tlett ijiem bil-għan li trażżan inċidenza ġdida ta’ Covid-19 li laħaq kiber għal seba’ każi.

Brisbane hi l-kapitali tal-Istat ta’ Queensland u għandha popolazzjoni ta’ żewġ miljuni. Intant, din il-belt ftit kellha każi ta’ infezzjonijiet lokalizzati bil-coronavirus mindu l-Awstralja rappurtat l-ewwel mewġa tal-Covid-19 sena ilu.

Il-belt ta’ Brisbane, f’Jannar kienet għalqet ukoll għal tlett ijiem minħabba każ wieħed biss tal-coronavirus.