Il-bastiment ġgantesk ‘Ever Given’ għall-ġarr tal-kontejners inqala’ mill-qiegħ tal-Kanal ta’ Suez fejn kien ilu għal kważi ġimgħa jagħlaq rotta għall-bastimenti oħrajn mgħobbijin bil-kunsinni prezzjużi
L-Ever Given — twil mal-400 metru — kien ilu għal dan iż-żmien kollu jimblokka l-aċċess għall-vapuri ( fosthom tankers taż-żejt) mill-kanal li hu fost l-aktar rotot sinifikanti għat-trasport tal-kummerċ bil-baħar. Hu minnu wkoll li f’dan iż-żmien intilfu l-mijiet tal-biljuni f”xogħol wieqaf’.
Intant mhux għal kollox ċar meta t-traffiku tal-bastimenti jista’ ikompli ‘mija-fil-mija’ mill-Kanal ta’ Suez. Dan wara li l-iskwadri għall-emerġenzi, ftit tal-ħin ilu, irnexxielhom jaqilgħu l-bastiment ‘mega-container’ mill-parti speċifika tal-kanal fejn kien weħel fost sensiela ta’ rwiefen u maltempati bir-ramel.
Fl-eqqel tal-kriżi, is-sidien tal-vapuri kienu kostretti li jibdlu r-rotot għall-bastimenti tagħhom li baqgħu ‘weqfin’ bil-mijiet tagħhom fil-Kanal ta’ Suez. Fl-aħħar jiem, numru ta’ kumpaniji li jispeċjalizzaw f’dawn it-tipi ta’ sitwazzjonijiet ħadu sehem fl-impenn biex l-Ever Given ikun jista’ jkompli bil-vjaġġ u fejn il-ħidma kienet appoġġjata minn diversi tugboats u opri tal-baħar oħrajn.
Intant, l-Ever Given, fl-aħħar ħinijiet, reġgħet bdiet miexja minn dan il-kanal wara l-proċess għal ‘refloating’ fit-tul. Fl-istess ħin, il-President tal-Eġittu, Abdul Fattah al-Sisi, irringrazzja lill-Eġizzjani għall-isforzi tagħhom biex is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal.
//= $special ?>