Coronavirus Lokali Saħħa

Fatalità oħra tal-pandemija – 63 każ ġdid

Huma 63 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 28,938.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ħadd u t-Tnejn raġel ta’ 73 sena tilef ħajtu kawża tal-Covid-19 waqt li kien jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 388– 15-il fatalità fl-aħħar sebat ijiem, u 73 tul dan ix-xahar s’issa.

Intant fl-aħħar 24 siegħa skont il-Ministeru tas-Saħħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 332 bit-total ikun dak ta’ 27, 418.

B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 1,132.

Sal-Ħadd, it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 51,237.