Minkejja d-deċiżjoni ċara mill-Qorti, jibqa’ evidenti li l-Partit Laburista m’għandux l-intenzjoni jiskuża ruħu mal-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono u żewġha Tony, li fl-aħħar snin kienu wkoll vittmi ta’ attakki politiċi vvintati mill-Partit Laburista u l-media tiegħu.
Kif dalgħodu kienu deħlin għal-laqgħa tal-Kabinett f’Kastilja, NET News staqsa lil għadd ta’ Ministri jekk jaħsbux li wasal iż-żmien li l-Partit Laburista jitlob apoloġija lill-koppja Debono.
Fil-filmat, tistgħu ssegwu kif wieġbu għall-mistoqsija ta’ NET News dwar jekk jaħsbux li wasal iż-żmien, fl-aħħar, li ssir din l-apoloġija.
//= $special ?>