15:57 – Għal-lum kollox intemm hawnhekk. Għada nerġgħu nkunu magħkom.
15:55 – Keith Schembri, Alfio Schembri, Robert Zammit u Malcolm Scerri jittieħdu lura fil-ħabs ta’ Kordin.
15:54 – Id-digriet dwar il-ħelsien mill-arrest se jingħata għada fit-8:30am. Dan ifisser li l-Maġistrat se tiddeċiedi fuq il-ħelsien mill-arrest ta’ Keith Schembri u l-persuni l-oħrajn għada filgħodu.
15:53 – “Jekk jgħoġbok iżżommomx ġewwa, dawn l-erba’ rġiel, nassigurak iridu li ssir ġustizzja.” – L-Avukat ta’ Keith Schembri.
15:51 – L-Avukati ta’ Keith Schembri jgħidu li dan mhux stadju bikri għal finijiet ta’ ħelsien mill-arrest.
15:49 – Tgħid li għad hemm investigazzjonijiet li għadhom għaddejin u għalhekk hemm oġġezzjoni għall-ħelsien.
15:47 – Il-prosekuzzjoni tgħid li dan il-kaz m’għandux konnessjonijiet politiċi għaliex hemm garanziji taħt il-ligi ta’ indipendenza u imparzjalità mill-Maġistrat li kienet assenjata l-każ. “Għalkemm l-Inkjesta infetħet minn Kap tal-Oppożizzjoni jien m’għandix dubju li l-proċess minn hemm l’quddiem ma kellu ebda indħil politku.”
15:44 – Il-prosekuzzjoni tgħid li r-reati huma gravi u kumplessi immens. L-aġir kriminali tgħid li ma waqafx biss hawnhekk. Jgħidu li fl-2016 beda proċess ta’ dokumentazzjoni biex jippruvaw jaħbu dak li kien ġara. Tgħid li dan juri li mhux se jħallu l-kors tal-ġustizzja għaddej b’mod seren.
15:43 – Tgħid li għadna fi stadju bikri ħafna tal-proċeduri. Tagħmel referenza għar-reati gravi u tgħid li ma sarux darba biss, saru fuq perjodu twil ta’ żmien. Baqgħu għaddejin tal-2019.
15:42 – Il-Prosekuzzjoni tgħid li Alfio Schembri qed jingħata lattenzjoni medika kollha fil-ħabs ta’ Kordin.
15:41 – Jgħidu li fuq Alfio Schembri m’hemmx ċertifikat ta’ saħħa riċenti.
15:40 – Issa se jagħmlu l-argmenti tagħhom il-proseku zzjoni.
15:39 – Jgħid li fil-każ tal-loan Keith Schembri ħareġ u mhux daħħal.
15:38 – Jgħid li Alfio Schembri, persuna anzjan għandu jinħeles iżda qal li l-Qorti għandha tiddeċiedi mhux fuq affarijiet personali imma fuq affarijiet ta’ verità u għalhekk mhux se jagħmel l-argument ta’ Keith Schembri.
15:36 – L-Avukat jgħid li hemm provi ċari li l-imputati kollha ikkoperaw. Jikkwotaw il-ħelsien li ngħataw Lorraine Pace u Matthew Pace l-ġimgħa li għaddiet. Jgħid li ċ-ċirkostanzi huma identiċi.
15:35 – Isir appell lill-media biex kollox ikun rapurtat b’responsabiltà.
15:34 – Jgħid li ċ-ċirskostanzi politiċi mgħandomx ikunu raġuni li jinżammu arrestati l-imputati.
15:32 – Jikkwota l-kondotta tal-imputati.
15:31 – L-Avukat jgħid li l-kumpaniji ilhom 6 xhur bil-kontijiet friżati. Jagħmel argumenti li Keith Schembri qatt mhu se jaħrab mill-pajjiż. “Qas jista’ joħroġ jieħu kafe barra.”
15:29 – “Hemm raġuni vera li l-Qorti se jħossha komda għada jekk ikun miċħud id-digriet?” “Deep down se jibqa’ il-ħsieb li kieku kien ħaddieħor il-bail kont intih.” – Jgħid l-Avukat ta’ Keith Schembri.
15:27 – L-Avukat tal-imputati qed jibqa’ jagħmel l-argumenti tiegħu għalfejn għandhom jinħellsu mill-arrest Keith u Alfio Schembri, Robert Zammit u Malcolm Scerri.
15:24 – Alfio Schembri bħalissa jinsab b’idejh fuq rasu jserraħ fuq idejh waqt li jisma’ dan kollu. Keith Schembri u t-tnejn l-oħrajn qed isegwu b’attenzjoni kbira.
15:23 – Jgħid li kulħadd għandu jingħata l-bail u mhux biss Alfio Schembri. Isaqsi kif Vince Buhagiar ingħata bail għax għandu kundizzjonijiet mediċi u Alfio Schembri le?
15:22 – Qed jitkellem issa dwar l-akkużi u l-proċess. Jgħid li fuq każ li ġara snin ilu normalment ħelsien mill-arrest jingħata. Jerġa’ jfakkar biex ma jitteħidx f’konsiderazzjoni l-isem ta’ Keith Schembri. Qed jistaqsi jekk hux jonqos milli jingħata bail Kieth Schembri għax hu min hu.
15:21 – Qed jgħid x’irriżulta mill-kontro-eżami. Parti minn dan il-kontro-eżami kien wara bibien magħluqa.
15:19 – B’leħen għoli jgħid li għadna ma nafux x’inhi l-verità. Jispjega li hawn kumpaniji u nies li għandhom kollox friżat bħalissa.
15:17 – L-Avukat jgħid li dan il-każ ma jistax’ jiġi preġudikat. “Din il-biżgħa ma teżistix.” Jgħid li “l-ikel minn ħalqna niekluħ.” L-Avukat qed jitkellem dwar dak li ħareġ mill-Inkjesta u l-investigazzjoni li saret. Jgħid li kien jistenna li jara provi ta’ għalfejn xehed falz u mhux argumenti biss. Jgħid li ħarġu akkużi fuq l-argumenti.
15:16 – L-avukat qed jgħid li hawn ħafna nies li ma jniżżlux lil Keith Schembri ma jafx għalfejn. Jgħid li hawn numru li jħobbuh ukoll imma dan m’għandux ikun fattur fid-deċiżjoni għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.
15:15 – Qed jagħmel l-argument tiegħu l-Avukat ta’ Keith Schembri li beda b’analoġija dwar is-sriep u s-simboli tagħhom fuq diversi emblemi. Qed jappela lill-Maġistrat biex meta tiddelibira biex tilqa’ t-talba jew le għandha biss tara quddiema l-affarijiet li s’issa għandha li ħarġu f’din l-Awla.
15:14 – Tibda d-diskussjoni għall-ħelsien mill-arrest ta’ Keith Schembri u t-tliet akkużati l-oħrajn.
15:12 – Dħalna lura.
15:03 – Il-Maġistrat ordnat biex kulħadd joħroġ mill-Awla. Dan apparti l-imputati u l-Avukati.
15:02 – Il-kontroeżami se jkompli bil-bibien magħluqa.
15:01 – Qed jistaqsu issa dwar it-tieni magna u l-prezz tagħha li kienet irħas minn tal-kompetituri. L-Ispettur jikkonferma.
14:59 – L-Avukat tad-Difiża qed jistaqsi issa dwar l-offerta li kienet l-irħas u jekk kienx hemm xi problema bil-magni minn naħa ta’ Keith Schembri. L-Ispettur jgħid li problemi fl-operat tal-magna ma kienx hemm u waslet qabel ma tlestiet l-art tat-Times u allura l-magna k ienet tpoġġiet f’post sakemm tlestiet l-art tat-Times.
14:55 – L-Avukat ta’ Keith Schembri qed juri rapport ta’ ditta ta’ awdituri. PWc kienu l-awdituri li qabbdu t-Times biex jagħmlu audit tat-tendering process. Harvenson Forensics għamlu conflict check iżda ma qalux li kellom konnesjoni ma’ PWc qed jgħidu l-Avukati. Jidher li l-konnesjoni li qed jirreferu għaliha l-Avukati ta’ Keith Schembri hija ta’ eks Diretturi ta’ waħda minn dawn il-kumpaniji imsemmija. L-Ispettur tal-Pulizija jgħid li dan ma rriżultax waqt l-investigazzjoni.
14:53 – L-Avukati qed jgħidu li Times ħadet diversi kumpaniji barra minn Malta biex jaraw specifications ta’ xi xtaqu t-Times. L-Ispettur qed jgħid li Vincent Buhagiar kien tkellem dwar specifications mal-kumpanija Kasco. L-Ispettur jgħid li dan sar qabel il-ħruġ tat-tender u kien prepara lil Kasco x’kien hemm bżonn.
14:51 – L-Ispettur jgħid li l-offerta tal-Kasco kienet 2.5 miljuni irħas mill-kompetitur l-ieħor. Kienet l-iktar vantaġġjuża. Adrian Hillman u Vincent Buhagiar għamlu preżentazzjoni lill-board tat-Times qabel iddeċidew.
14:49 – Meta mistoqsi l-Ispettur jgħid li t-tenders kienu fuq level-playing-field. Jispjega li ma jafx għalfejn times għażlu li jadħmu bis-sistema UV u mhux dik is-sitema tas-sħana. Jgħid li applikaw tliet kumpaniji fosthom ta’ Kasco. Li minnhom tnejn kwalifikaw tajbin biex jaħdmu.
14:47 – Diskuss issa meta t-Times imxew f’post ġdid biex ikomplu bil-ħidma tagħhom. L-Ispetturi jgħidu x’kienu d-diskussjonijiet qabel it-tenders.
14:44 – L-Avukat jistaqsi dwar l-akkużi fuq l-imputati f’dak li għandu x’jaqsam il-magni tat-times. Jibqa’ jistaqsi jekk il-pulizija kellmux lil xi ħadd mit-Times. L_Ispettur jgħid li minn naħa tiegħu le u qgħad fuq dak li ħareġ mill-Inkjesta.
14:43 – Jistaqsu jekk kellimx lill-persuni minn Progress Press u Allied Newspapers. L-Ispettur jgħid li mexa fix-xhieda li hemm fl-Inkjesta. Jisħaq li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
14:42 – L-Avukati tad-difiża qed jistaqsi dwar il-proġett tat-Times. L-Ispettur jgħid li beda l-investigazzjoni abbażi tal-konklużjonijiet tal-inkjesta.
14:38 – Jibda issa l-kontroeżami tal-Ispettur Scerri li se jkun mistoqsi dwar l-Inkjesta tal-magni tat-Times.
14:37 – L-Avukati qed isaqsu dwar iċ-ċekkijiet li kienu joħorġu fuq Alfio Schembri mill-kumpanija Kasco li imbgħad għaddha lil Keith Schembri. L-Ispettur qed tispjega li kien hemm emails li fihom Robert Zammit tal-Kasco kien jibgħat emails li juru li Keith Schembri kellu jibqa’ jitħallas anke meta kien Chief of Staff permez ta’ flus li jirċievi missieru u jgħaddi lilu.
14:36 – L-Avukati qed isaqsu fuq il-kundizzjoni ta’ Alfio Schembri. Il-Pulizija tgħid li missier Keith Schembri ma bediex jisma ħafna imma kien kalm meta kien mistoqsi.
14:35 – L-Avukati qed isaqsu issa fuq it-tieni inkjesta, dik fir-rigward tax-xiri tal-magni tat-Times.
14:34 – L-Ispettur tgħid li qed tgħid x’irriżulta mill-investigazzjoni tagħhom u mhux x’irriżulta mill-investigazzjoni.
14:33 – L-Avukat qed jistaqsi għalfejn Keith Schembri akkużat b’xhieda falza.
13:31 – L-Ispettur qed tgħid x’irriżulta dwar dan is-self m’għand Keith Schembri. Tgħid li kien hemm diversi elementi li wrew li kien hemm gidba dwar din il-loan.
14:30 – L-Avukat jistaqsi x’inhi l-verità dwar din il-loan u x’irriżulta lill-pulizija li kien hemm gidba dwar din il-loan.
14:29 – L-Ispettur tgħid li ma rriżultax li kellu bżonn loan għaliex kellu biżżejjed flus f’kontijiet oħrajn.
14:28 – L-Avukat ta’ Keith Schembri qed jistaqsi x’sabu l-pulizija bħala riżultat ta’ dawn il-100,000 Eur.
14:27 – L-Ispettur li qed tixhed tgħid li hi ma kellmitx lill-mara ta’ Brian Tonna iżda ma tafx kien inkarigat xi ħadd ieħor jagħmel dan.
14:26 – L-Avukati qed jistaqsu jekk il-pulizija kelmux lill-mara ta’ Brian Tonna.
14:23 – Qed ikun diskuss x’qal Brian Tonna dwar din il-loan meta investigat mill-pulizija. Tonna kien sostna li kien hemm tgħeddida fuqu mill-avukati tal-mara fir-rigward ta’ flus.
14:21 – Qed ikunu diskussi l-konklużjonijiet tal-Inkjesta fejn l-Ispettur qed tispjega għalfejn il-pulizija ma kelmux lit-tliet Russi. Il-Maġistrat kienet qalet li ma temminx li l-100,000 Eur li Keith Schembri ta lil Brian Tonna kienu self.
14:19 – L-Avukat ta’ Keith Schembri qed jistaqsi dwar it-tliet Russi. L-Ispettur tispjega li t-tliet Russi kienu qalu li għamlu tliet pagamenti biex jixtru ċ-ċittadinanza. Dan qaluh fl-Inkjesta.
14:18 – L-inkjesta infetħet fl-2017 u ngħalqet fl-2020.
14:17 – L-ispettur tispjega li l-Inkjesta kienet għaddiet għand l-Avukat Ġenerali li għaddiha lill-pulizija. L-inkjesta kienet fuq trasferiment ta’ 100,000 Eur bejn Brian Tonna u Keith Schembri. Dan permezz tal-kumpanija Willerby li hi ta’ Brian Tonna.
14:16 – Isaqsi l-mistoqsijiet l-Avukat Vassallo li qed isaqsi fejn kienet għaddejja l-investigazzjoni.
14:15 – Se jibda l-kontro-eżami tal-Ispettur Annemarie Xuereb minn naħa tad-Difiża.
14:14 – Marco Pisani jgħid li Keith Schembri kkopera u tintemm ix-xhieda.
14:13 – Ġew elevati żewġ mobiles, Ipad, Laptop, USB u dokumenti. Wara kienu marru f’Bormla f’uffiċċju ta’ Keith Schmebri fejn ma nstab xejn. Wara marru l-fabbrika ta’ Kasko fiż-Żejtun u hemmek ġew elevati laptop u coputer tower.
14:11 – Jixhed issa Marco Pisani stazzjonat CID li fis-22 ta’ Sttembru tal-2020 kien mar jagħmel tfittxija f’Villa fil-Mellieħa. Residenza ta’ Keith Schembri.
14:10 – Tintemm ix-xhied tal-kuntistabbli.
14:07 – Qed jispjega d-dettalji kif għamel l-ispettur ta’ qablu. Jgħid li Alfio Schembri ikkopera b’mod sħiħ mal-pulizija.
14:05 – Jixhed issa Nataniel Scerri li jaħdem fil-Money Laundering. Fit-8 ta’ Marzu 2021 kien parti mit-team tal-pulizija li mar fir-residenza ta’ Alfio Schembri fejn saret tfittxija.
14:04 – Tintemm ix-xhieda tal-Ispettur Farrugia li waqt il-i-eżami spjega li d-dar ta’ missier Keith Schembri tinsab viċin tal-għassa ta’ Bormla.
14:02 – Insatbu 7 mobile phones fil-kamra tas-sodda li ma kienux qed jintużaw. SD cards u pendrives kif ukoll laptop u żewġ tablets. Kif ukoll notebook li fuq kellu passwords. Insatab ukoll computer fis-sular ta’ fuq li minn ħdejh kien elevet laptop ieħor. Viċin kien hemm ukoll dokumenti relatati ma numru ta’ kumpaniji.
14:01 – Kellu safe li fih kien hemm 11,300 f’cash. Jgħidu li kienu ġejjin minn wirt.
14:01 –Instabu dokumenti marbuta mal-kumpanija Kasco fis-salot.
14:00 –Alfio Schembri ta l-mobile tiegħu lill-pulizija b’mod immedjat qabel bdiet it-tfittxija.
14:00 – Missier Keith Schembri kien arrestat f’Bormla. Fil-preżenza kien hemm ukoll Omm Keith Schembri. Saret tfitxija fir-residenza tagħhom.
13:57 – Se jixhed issa l-Ispettur Farrugia li fl-2021 ingħata struzzjonijiet biex jisebixxi mandat ta’ arrest u tfitxxija fil-konfront ta’ Alfio Schembri, missier Keith Schmebri.
13:56 – Tintemm ix-xhieda ta’ Emanuel Schembri li mexxa Task Force tal-Pulizija.
13:55 – Mill-kont tal-kumpanija ta’ Brian Tonna fil-BOV, Keith Schembri b’mod personali rċieva somma ta’ 6,000 Eur u 18,000 Eur.
13:54 – Fl-2014 u fl-2015 il-kumpaniji ta’ Keith Schembri irċevew madwar 30,000 ewro minn dan il-kont ta’ Brian Tonna. Kif ukoll aktar minn 100,000 Eur li irċevew Zenith.
13:51 – Il-flus li ħarġu minn dan il-kont tal-kumpanija ta’ Brian Tonna fil-BOV kienu 44 tranżazzjoni bejn l-2013 u l-2016 li ammontaw għal madwar 600,000 Eur.
13:48 – Emanuel Schembri qed ikompli jispjega tranżazzjoni b’tranżazzjoni. Jissemmew ħafna kumpaniji differenti. L-ammonti tal-maġġorparti tat-tranżazzjonijiet huma ta’ eluf kbar.
13:45 – Jispjega l-eluf ta’ flus li għaddew minn kontijiet bankarji min pajjiżi differenti minn madwar id-dinja fosthom il-British Virgin Islands u Dubai. Involuti kumpaniji ta’ Brian Tonna u Keith Schembri fost oħrajn.
13:44 – Daħlu wkoll ammont kbir ta’ flus mingħand Zenith Finance Ltd.
13:43 – Jispjega li daħlu flus minn Kasco Ltd ta’ 50,000 Eur bl-inizzjali KS. Kien hemm tranżazzjoni oħra ta’ 2,000 Euro b’narrazzjoni Loft. Kien hemm tranżazzjoni minn Malmos ta’ Keith Schembri reġistrata fil-Ġibilta, transfer ta’ 15,000 eur u erba’ t’ijiem wara transfer ieħor ta’ 14,000 eur.
13:42 – Il-pulizija qed jispjega fid-dettal kull tranżazzjoni fil-kont sakemm dam miftuħ.
13:41 – 22 tranzazzjoni ta’ total 600,000 ewro bejn l-2013 u l-2015, flus li daħlu minn diversi kumpaniji fosthom minn Paulsen Services ltd ta’ Keith Schembri reġistrata fil-BVI.
13:40 – L-account infetaħ minn Brian Tonna, Karl Cini u Manuel Castagna li kollha jinsabu akkużati u bħalissa jinsabu fil-ħabs ta’ Kordin.
13:39 – Il-pulzija jispjegaw li f’dan l-account marru lura iktar mill-2015 biex jaraw l-oriġini tal-account li kien infetaħ fl-2013.
13:38 – BTI kellhom 7 accounts mal-BOV li erba’ minnhom għadhom attivi llum. Accounts li nfetħu f’temp ta’ tliet snin. Kellhom ukoll numru ta’ cards bankarji li nfetħu f’isem numru ta’ persuni fosthom Karl Cini.
13:37 – Il-pulizija ħarsu lejn l-accounts ta’ BTI Management Ltd inkorportata taħt l-isem BT Financials Ltd, kumpaniji tad-Diretturi Brian Tonna u Karl Cini.
13:36 – Meta analizza rrizulta li kien hemm tranżazzjonijiet li kellhom bzonn aktar kjarifika fejn hemmek il-pulizija kienu jmorru lura għand il-bank għal aktar informazzjoni.
13:35 – It-tranżazzjonijiet li raw kienu ta’ flus deħlin u ħerġin mill-kont, mhux biss tal-imputati iżda wkoll fuq il-kumpaniji involuti.
13:34 – Jispjega li marru ħames snin lura f’dak li għandu x’jaqsam dokumenti. Tajjeb wieħed jispjega li normalmen bank ma jżommx aktar minn ħames snin dokumenti.
13:32 – Jibda jixhed Emanuel Schembri li hu manager mill-Financial Crimes Investigation Department tal-Pulizija. Hu mexxa task force ibbażata fuq numru ta’ statements. Din it-task force bdiet fl-2020. L-għan tat-task force kienet li jaraw bank statements u affarijiet relatati.
13:32 – Din hija l-unika seduta fil-konfront ta’ dawn l-erba’ persuni din il-ġimgħa.
13:31 – Hawn sigurtà minn gwardjani tal-ħabs li qegħdin mal-imputati li bħalissa jinsabu fin-nofs tal-Awla, wara l-Avukati tagħhom.
13:30 – Tasal il-Maġisrat Donatella Frendo Dimech.
13:29 – Robert Zammit jasal issa.
13:28 – Keith Schembri u Malcolm Scerri qed jitkellmu mal-avukati tagħhom.
13:26 – Jidħlu fl-Awla l-imputati Keith Schembri, Alfio Schembri u Malcolm Scerri. Għal xi raġuni mhux magħrufa Robert Zammit mhux qiegħed hawn.
13:23 – Kwiet kważi assolut fl-Awla. Dalwaqt tasal il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Eżatt wara jidħlu l-imputati.
13:21 – L-Avukati miż-żewġ naħat jidhru qed jagħmlu l-aħħar preparamenti tagħhom. Dan meta illum mistenni l-kontro-eżami tal-persuni li mexxew l-investigazzjoni. Dan qabel ma possibilment tkun diskussa t-talba għal-libertà proviżorja tal-erba’ imputati fosthom Keith Schembri.
13:19 – Għadhom kif waslu l-persuni li jgħinu lill-Maġistrat u bħalissa qed joħorġu d-dokumenti kollha relatati ma’ dan il-każ. Numru kbir ta’ dokumenti fosthom mill-Inkjesta li kien fetaħ l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalsita Simon Busuttil kif ukoll dokumenti li nġabru waqt l-investigazzjoni u li kienu preżentati fil-Qorti fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
13:16 – Filwaqt li qed nistennew tajjeb li niddeskrivu x’hawn bħalissa f’Awla 22 tal-Qorti. Din hija waħda mill-ikbar Awli fil-Qorti ta’ pajjiżna b’ħafna spazzju fejn wieħed ipoġġi. Wieħed jinnota preżenza qawwija ta’ media u anke ta’ persuni li qed imexxu l-prosekuzzjoni minn naħa tal-pulizija. Il-gallarija ta’ din l-Awla tinsab vojta iżda in-naħa prinċipali tal-Awla issa kważi mimlija kollha. Fadal biss spazju għall-imputati. Dan minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-pandemeija tal-COVID-19.
13:14 – Tasal l-Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li bħalissa qed tmexxi l-prosekuzzjoni. Jaslu wkoll l-Ispetturi tal-pulizija.
13:12 – Mhux ċerti x’ħin ser tibda s-seduta iżda jidher li l-Maġistrat bħalissa tinsab f’seduta oħra f’Awla 11 tal-Qorti li qed tieħu iktar ħin milli pjanat.
13:09 – Is-seduta se tkun qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
13:07 – Tista’ ssegwi x’ġara fl-aħħar seduta permezz ta’ din il-link.
13:05 – L-avukati tad-difiża, qraba tal-imputati u l-ġurnalisti jinsabu kollha f’Awla 22. Jidher illi Keith Schembri u t-tliet imputati l-oħrajn jinsabu fil-bini tal-Qorti iżda għadhom mhux fl-Awla.
13:04 – Is-seduta kellha tibda fis-1pm iżda jidher li se tkun qed tittardja xi ftit.
Ninsabu f’Awla 22 tal-Qorti fejn kollox lest biex tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri, missieru Alfio, Robert Zammit u Malcolm Scerri tal-Kasco.
B’rabta ma’ dan il-każ tressqu 11-il persuna u li kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. 8 minn dawn (fosthom Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini) bħalissa qegħdin fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin filwaqt li 3 ingħataw il-libertà proviżorja. Il-każ ta’ dawn it-Tlieta; Lorraine Falzon u Matthew Pace ta’ Zenith u Vincent Buhagiar tat-Times ser ikompli jinstema’ lejn l-aħħar ta’ April.
X’qed nistennew illum:
- L-imputati kollha għandhom talba għall-ħelsien mill-arrest li mistennija tkun diskussa bejn issa u l-ħin tal-4pm.
- Mistenni wkoll kontro-eżami fuq l-Ispetturi tal-Pulizija mill-Avukati tad-difiża li qed jirrapreżentaw lill-imputati.
Keith Schembri u l-imputati l-oħrajn kienu l-Qorti l-ġimgħa li għaddiet fejn bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront tagħhom. Aqra x’ġara fl-aħħar seduta permezz ta’ din il-link.