Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Godfrey Grima

Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Godfrey Grima, ġurnalist veteran, opinjonist u analist politiku u tal-aħbarijiet ekonomiċi.

Godfrey Grima ħadem għal snin twal bħala ġurnalist partikolarment mal-Financial Times li hija magħrufa internazzjonalment u kien ukoll il-fundatur ta’ aġenzija tal-komunikazzjoni u reklamar.

Huwa okkupa diversi karigi oħrajn fosthom bħala membru fil-Kunsill
tal-Universita’ kif ukoll bħala konsulent fis-settur pubbliku u mal-privat.
Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Godfrey Grima f’dan iż-żmien diffiċli.