Fi PROFILI tal-lejla se jkollna lil Patri Marcello Ghirlando, fejn se jgħidilna kif f’waqtiet kien qatt ma jaħseb li se jkun patri, anzi kien jara lilu nnifsu bħala missier b’ħafna tfal.
Dwar l-eżorċiżmu dħalna ħafna fid-dettall fejn Patri Ghirlando jispjega l-proċess tal-eżorċiżmu, xi jwassal dan. Saqsejnih ukoll jekk hemmx xi prodotti li jwasslu biex wieħed jersaq aktar qrib ix-xitan. Żgur mhux forsi li Patri Ghirlando, se jwieġeb kull domanda tagħna, iżda jieħu kull opportunità biex jwassal il-messaġġ fuq is-saħħa tal-kelma t’Alla anki waqt l-eżorċiżmu.
Se jgħidilna fuq kif il-mingħul f’waqtiet iġarrbu, u kif jippreżenta lilu nnifsu.
Tul il-programm Patri Ghirlando iżda mhux se jkellimna fuq il-ministeru tal-eżorċiżmu biss, iżda se jgħidilna wkoll fuq ħajtu aktar b’mod ġenerali. X’għamel meta ltaqa’ mal-Papa? Fejn jinsab bħalissa? Xi rwol qed jaqdi?
PROFILI, illejla fid-8.45pm fuq NET Television.
//= $special ?>