Internazzjonali

Jinfetaħ mill-ġdid il-Kanal ta’ Suez

Ċelebrazzjoni sħiħa fil-Kanal ta’ Suez hekk kif wara sigħat twal ta’ ħidma, il-bastiment tal-ġarr tal-merkanzija Ever Given tressaq biżżejjed sabiex jgħaddu aktar bastimenti biex ikomplu l-vjaġġ merkantili tagħhom.

Filmati ppublikati onlajn wrew diversi tugboats jirnexxielhom iċaqilqu l-bastiment tal-kumpanija EverGreen sabiex inqala’ parzjalment.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s’issa l-ħaddiema li għaddejjin bl-operazzjoni ta’ salvataġġ ċaqilqu aktar minn sebgħa u għoxrin elf metru kubiku ta’ ramel.

Il-Bastiment li fih tul daqs blokk bini u jesa 20,000 kontejner inkalja fil-Kanal Eġizzjan sitt ijiem ilu bil-konsegwenza li sadd il-kanal li minnu ta’ kuljum jgħaddu mas-seba miljun ewro f’merkanzija.