L-Ingilterra sofrew telfa sorprendenti hekk kif tilfu kontra l-Portugall bl-iskor ta’ 2-0. Għall-Portugall skorjaw DANY MOTA fl-64 minuta u TRINCAO minn penalty fl-74 minuta biex ikkundannaw lill-Ingilterra fl-aħħar post tal-klassifika,
Mill-istess grupp il-Kroazja kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra l-Isvizzera. Il-Kroati marru fil- vantaġġ fit-8 minuta permezz ta’ LUKA IVANUSEC biex rdoppjaw fil-61 minuta permezz ta’ penalty minn NIKOLA MORO. Tliet minuti wara skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ DARIO VIZINGER. Madanakollu ir-rimonta tal-Isvizzera bdiet fid-79 minuta permezz ta’ penalty ta’ KASTRIOT IMERI u għaxar minuti wara permezz ta’ awto gowl ta’ SANDRO KULENOVIC li iżda ma kienux biżżejjed biex iġibu d-draw għat-tim Żvizzeru.
Franza kisbu rebħa mportanti ta’ 2-0 kontra r-Russja. Il-gowls għal-Franċiżi waslu permezz ta’ żewġ penalties, l-ewwel kien ODSONNE EDOUARD li skorja fil-15-il minuta biex imbagħad kien JONATHAN IKONE li mill-ħdax-il metru tefa’ ġewwa għal 2-0.
Id-Danimarka wkoll kisbu rebħa identika ta’ 2-0 kontra l-Iżlanda bil-gowls għad-Daniżi jaslu permezz ta’ GUSTAV ISAKSEN fil-5 minuta u MADS BECH fit-18-il minuta li assiguraw minn rebħa Daniża.
Illum: Grupp Ċ; Iżlanda v Danimarka 0-2, Russja v Franza 0-2 Grupp D, Kroazja v Żvizzera 3-2, Portugall v Ingilterra 2-0
//= $special ?>