Sport Sport Ieħor

Neil Robertson jegħleb lil Ronnie O’Sullivan fil-finali tat-Tour Championship

(Ritratt: Eurosport)

Neil Robertson rebaħ it-Tour Championship 2021 wara li għeleb lil Ronnie O’Sullivan 10-4 fil-finali.

Robertson għaqqad mitt punt jew aktar għall-ħames darbiet fil-partita fejn rebaħ sitt frames konsekuttivi biex għeleb lis-sitt darbiet champion tad-dinja, Ronnie O’Sullivan. Dan kien l-20 titlu tar-ranking għal Robertson fil-karriera tiegħu.

F’kummenti wara l-logħba, O’Sullivan faħħar lil Robertson għall-mod kif lagħab il-partita fejn qal li qatt ma ra plejer jilgħab daqshekk tajjeb. Min-naħa tiegħu, Robertson saħaq li jrid jagħti dawn it-tip ta’ prestazzjonijiet jekk irid jikkompeti għall-World Championships, fejn se jkun qed jaspira li jirbaħ it-titlu li rebaħ ħdax-il sena ilu.

Il-World Championships tal-2021 mistennija jibdew fis-17 t’April fil-Crucible Theatre, f’Sheffield l-Ingilterra.