Mil-lum fl-Ingilterra tneħħew ir-restrizzjonijiet marbuta mal-isports prattikat barra, biex b’hekk l-Ingliżi se jkunu qed jirritornaw għall-attivita’ fiżika u l-isport.
Fost il-faċilitajiet sportivi li se jkunu miftuħa jinkludu; grounds tal-futbol u tal-cricket, basketball u tennis courts, kif ukoll golf courses, filwaqt li jista’ jsir ukoll sport organizzat fi gruppi barra.
Minkejja dan, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, appella lill-pubbliku Ingliż sabiex xorta jibqa’ viġilanti u josserva l-miżuri minħabba l-firxa tal-varjanti madwar l-Ewropa.
Fl-istadju li jmiss fit-tneħħija ta’ aktar miżuri, mistennija jitneħħew miżuri marbuta ma’ sports ġewwwa fosthom f’gyms u indoor swimming pools.
L-Ingilterra ilhom mill-bidu ta’ Jannar b’dawn il-miżuri marbuta mal-attivita’ fiżika u l-isports, iżda l-proċess mgħaġġel ta’ vaċċinazzjoni qed jgħinhom sabiex jneħħu aktar miżuri marbuta mal-Covid 19 fil-pajjiż.
//= $special ?>