Futbol Sport

Ranier Bezzina jinħatar Aġent President ta’ Hibernians F.C.

It-tifel tal-mibki Tony Bezzina, Ranier Bezzina, nħatar bħala Aġent President ta’ Hibernians F.C., wara vot unanimu mill-Kumitat Eżekuttiv tal-klabb.

Bezzina ġie co-opted bħala membru fl-istess kumitat u se jkun qed iżomm din il-pożizzjoni sal-aħħar tal-istaġun, fejn imbagħad issir il-laqgħa ġenerali tal-klabb u jkun hemm deċiżjoni dwar jekk Ranier Bezzina jżommx din il-kariga għall-staġuni futuri.

Fil-laqgħa ittieħed ukoll vot ta’ ringrazzjament b’turija ta’ apprezzament lejn il-mibki President Tony Bezzina, li ħalla din id-dinja ftit ġimgħat ilu.