L-attakant Arġentin ta’ Manchester City Sergio Aguero illejla ħabbar li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu ma’ Man City, hekk kif jiskadilu il-kuntratt magħhom.
Aguero hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa attakkanti li lagħbu fil-Premier League u jibqa’ mfakkar għal gowl li skorja fl-aħħar sekondi tal-istaġun 2011/2012, fejn bil-gowl tiegħu fl-aħħar sekondi kontra QPR, ta l-ewwel Premier League lil Man City.
Minn dakinhar Man City rebħu l-Premier League għal tliet darbiet oħra, kif ukoll darba l-F.A. Cup u ħames darbiet oħra l-League Cup, b’ Aguero jkun protagonista fir-rebħ ta’ dawn l-unuri kollha.
//= $special ?>