Aħbar pożittiva oħra għall-futbol Malti, hekk kif ir-referee tal-FIFA Trustin Farrugia Cann ġie appuntat sabiex jikkontrolla l-partita bejn l-Iskozja u l-Gżejjer Faroe, valida minn Grupp F tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.
Il-linja arbitrali se tkun kollha Maltija bl-assistenti referee Luke Portelli u Roberto Vella, flimkien mar-raba’ uffiċjal Ishmael Barbara, jinaqgħdu ma’ Farrugia Cann għal din il-partita internazzjonali.
Għal Farrugia Cann din m’hijiex l-ewwel esperjenza f’partiti internazzjonali, hekk kif fl-2020, ikkontrolla żewġ partiti fil-UEFA Europa League fosthom bejn Rapid Vienna u Dundalk fil-fażi tal-gruppi, kif ukoll partita fil-UEFA Nations League bejn Gibilta’ u Leichtenstein.
//= $special ?>