Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Keith Schembri, Malcolm Scerri, u Robert Zammit. Dan ifisser li l-eks Chief of Staff ta’ Kastilja se jinżamm arrestat f’Kordin.
Viżibbilment anzjuż, Schembri deher jinħareġ mill-ġdid mill-awla taħt sigurta kbira.
Hu qed ikun akkużat fost l-oħrajn b’korruzzjoni, ħasil tal-flus, li assoċja ruħu ma’ nies f’Malta jew barra l-pajjiż bil-għan li jikkommetti reat, li ħoloq dokumenti foloz, u li ta xhieda falza.
Intant…fl-istess deċiżjoni, il-Qorti ordnat li missier Keith Schembri, Alfio Schembri, jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan sar b’numru ta’ kundizzjonijiet li ġew imposti.
L-Avukat Edward Gatt minn naħa tiegħu talab li fis-seduta li jmiss il-Prosekuzzjoni tressaq lil dawk ix-xhieda li ġenwinanent tqis li huma sensittivi.
Aktar tard matul il-jum, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, se jkomlu l-proċeduri fil-konfront ta’ Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT.
