Il-plejer ta’Wales u Tottenham Hotspur Gareth Bale wissa li l-pjattaformi diġitali għandhom jieħdu azzjoni assertiva kontra min jgħaddi kummenti razzisti fuq il-profili tagħhom tal-midja soċjali.
Dawn il-kummenti waslu ftit jiem wara li l-leġġenda ta’ Arsenal Thierry Henry ħabbar li se jkun qiegħed jagħlaq il-profili kollha tiegħu minn fuq il-midja soċjali minħabba bullying u kummenti razzisti.
Gareth Bale saħaq li jekk aktar futbolers u ċelebritajiet internazzjonali jagħmlu boycott lejn il-midja soċjali huwa se jieħu sehem f’dan il-boycott. Bale qal dan wara li sħabu tat-tim nazzjonali ta’ Wales Ben Cabango u Rabbi Matondo kienu mgħajjrin razzjalment fuq il-mezzi soċjali wara r-rebħa li kisbu Wales kontra l-Messiku.
Bale qal ukoll li jekk kulħadd jinaqgħad u jieħu azzjoni flimkien jagħmlu aktar impatt milli jekk isir minn individwi. Bale li din is-sena qiegħed misluf għand Totttenham minn Real Madrid, kien għal bosta drabi fil-karriera tiegħu soġġett għall-kummenti razzjali u fuq il-mod kif jidher, fejn minħabba dan qed jagħżel kemm jista’ jkun li jħomm ‘il bogħod mill-midja soċjali.
//= $special ?>