Futbol Sport

Gian Piero Gasperini għat-tieni sena konsekuttiva kowċ tas-sena

Il-kowċ ta’ Atalanta, Gian Piero Gasperini għat-tieni konsekuttiva rebaħ l-unur ta’ kowċ tas-sena f’sena li Atalanta rnexxielhom itemmu fit-tielet post fis-Serie A kif ukoll irnexxielhom jaslu sal-kwartifinali tal-UEFA Champions League.

Gasperini qal li dan is-suċċess huwa mertu tal-iskwadra kollha tiegħu filwaqt li ddedika dan l-unur għan-nies kollha ta’ Bergamo, bir-reġjun ta’ Lombardia jkun l-aktar reġjun fl-Italja li kien maħkum mill-pandemija tal-coronavirus kif ukoll kien l-aktar reġjun li kellu vittmi.

Il-kowċ Taljan ta’ 63 sena ilu fit-tmexxija ta’ Atalanta sa mill-2016 fejn matul l-aħħar erba’ snin kiseb dawk li huma meqjusa bħala suċċessi hekk kif irnexxielu jikseb post fil-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb u jtemm fost l-ogħla postijiet tal-klassifika fis-Serie A.