L-Italja qed taħseb biex tintroduċi perjodu ta’ ħamest ijiem kwarantina għal min jivvjaġġa lejn artha mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Id-direttiva hi waħda mandatorja u qed issir fost it-tħassib dwar it-tielet mewġa tal-infezzjonijiet bil-varjanti tal-Covid-19 fl-Istati tal-Ewropa.
Intant, il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi u l-mara tiegħu, Maria Serenella Cappello, illum, ingħataw l-ewwel dożi tal-vaċċin tal-Oxford-AstraZeneca. Dan meta l-Italja qed terġa’ tlaqqam liċ-ċittadini tagħha b’dan il-vaċċin wara l-inkwiet inizjali — u infondat — li l-vaċċin seta’ jwassal għal każi ta’ trombożi fil-persuni li jitlaqqmu.
//= $special ?>