Coronavirus Lokali Turiżmu

Il-Gvern qed jgħid li se jġib it-turisti minn Ġunju

Malta qed tistenna li tilqa’ lit-turisti mill-bidu ta’ Ġunju li ġej.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tat-Turiżmuu Calyton Bartolo ta ddettalji dwar pjan ta’ rkupru fis-settur turistiku ta’ pajjiżna, li tilef iktar minn żewġ biljun ewro minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea sabiex Malta tkun tista’ ttippermetti l-użu tal-passaport “aħdar” għal dawk li jkunu ħadu l-vaċċin u għalhekk ikunu jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ebda restrizzjoni.