‘Il fuq minn 20 mexxejja tad-dinja qed iħeġġu għal ftehim ġdid fuq bażi globali li għandu jgħin biex id-dinja tipprepara aħjar għall-pandemiji tal-futur.
Il-mexxejja – fosthom il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson, il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel u l-President Franċiż, Emmanuel Macron – evalwaw is-sitwazzjoni f’artiklu pubblikat f’gazzetti ewlenin bħad-Daily Telegraph tal-Ingilterra; il-Le Monde ta’ Franza u l-El Pais ta’ Spanja .
Sadanittant, spikka fuq kollox il-kumment li l-pandemija attwali uriet li ‘l-ebda persuna fid-dinja ma jista’ iserraħ rasu miċ-ċirkustanzi’.
Il-mexxejja għamluha ċara wkoll li l-Covid-19 qed jimponi l-akbar sfida għad-dinja miż-żmenijiet tat-Tieni Gwerra u insistew dwar il-ħtieġa għal trattat simili għat-trattat li kien intlaħaq wara t-Tieni Gwerra u li għandu jgħin lejn it-tkattir ta’ kooperazzjoni ‘bejn il-fruntieri’.
Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Tedros Adhanom Ghebreyesus, ukoll qed jappoġġja s-sejħa biex ‘il-mexxejja politiċi jissieħbu f’impenn kollettiv għat-tfassil ta’ sistema multilaterali li tħejji lid-dinja aħjar għall-pandemiji eventwali’.
//= $special ?>