Lokali

Il-pitkala privati minn għada mhux se joperaw

Il-pitkala li jaqgħu taħt l-Assoċjazzjoni tal-Pitkala minn għada mhux se joperaw.

Dan ifisser li x’aktarx, minn għada ‘l quddiem, se jinħass nuqqas kbir fil-provvista tal-frott u l-ħaxix.

Jan Bonello, f’isem il-pitkala, ikkonferma li ilhom għaddejin diskussjonijiet mal-Gvern biex jiġi irranġat il-post. Dan apparti li hemm kwistjonijiet oħrajn. Iżda żviluppi minn naħa tal-Gvern ma kienx hemm.

Intant, Net News jista jikkonferma li l-Farmers Central Cooperative Society li se tibqa’ miftuħa għall-bdiewa u x-xerrejja.