Wara li bosta pajjiżi qed jagħtu dritt illi bosta klabbs madwar l-Ewropa jibdew bil-mod idaħħlu numru ta’ partitarji fl-istadia rispettivi, l-UEFA wkoll qed tinnegozja mal-Gvern tat-Turkija sabiex fil-finali tal-UEFA Champions League ta’ dan l-istaġun suppost għandha ssir fid-29 ta’ Mejju jidaħħlu wkoll numru limitat ta’ partitarji.
Il-UEFA qed tittama li fl-Istadium ta’ Ataturk f’Istanbul ikun hemm mhux anqas minn 9,000 partitarju li jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partitarji taż-żewġ timijiet li jgħaddu għal eventwali finali . Fl-Istadium Kemal Ataturk kellha tintlgħab il-finali tal-istaġun li għadda iżda minħabba l-Pandemija tal-coronavirus il-fażi finali taċ-Champions League 2019/20 saret f’Lisbona.
L-Istadium ta’ Ataturk jesa’ 75,415 spettatur u l-għan ewlieni tal-UEFA huwa li jintuzaw 30% tal-postijiet u jekk is-sitwazzjponi tal-imxijja tal-pandemija b’xi mod tonqos jew tkun qed titrażżan mhux eskluż li l-UEFA tissuggerixxi li saħansitra jintela’ 50% tal-istadium għal finali tac-Champions League.
//= $special ?>