Futbol Sport

Inter jippreżentaw il-logo l-ġdid

Permezz ta’ tweet, Inter ħabbru l-logo l-ġdid tal-klabb fejn jispikkaw l-inizjali tal-isem uffiċjali tal-istess klabb FC Internazionale Milano jek kif inhuma magħrufa barra mill-Italja bħala Inter Milano.

Id-disinn tal-logo l-ġdid kien maħdum fuq il-logo storiku ta’ Giorgio Muggiano fl-1908 b’enfasi partikolari fuq l-ittra I u M. It-tim ta’ Inter se jkun qed juża flokkijiet speċjali għall-warming up ta’ qabel il-partita kontra Cagliari fil-11 ta’ April fejn se jkun qed jidher il-logo l-ġdid filwaqt li l-istess logo uffiċjalment se jkun qed jibda jintuża mill-istaġun li ġej.