Sport Waterpolo

Jake Muscat jgħin lit-tim tiegħu jersaq pass eqreb tas-semifinali

Il-player Malti tal-waterpolo ta’ 18-il sena Jake Muscat kien strumentali biex it-tim tiegħu Jadran Herceg Novi jagħmel pass importanti lejn is-semifinali tal-Kampjonat tal-Montenegro hekk kif bl-aktar mod konvinċenti għelbu lil Budva 14-5.

Muscat li ħalla pajjiżna biex issieħeb ma’ Jardan fil-Montenegro f’Novembru li għadda skorja darbtejn fejn irnexxielu jiskorja fi tmiem it-tieni taqsima fejn poġġa lit-tim tiegħu 9-1 fil-vantaġġ u gowl ieħor lejn it-tmiem tar-raba’ taqsima fejn aċċerta minn rebħa komda ta’ 14-5. Il-partita deċiżiva tintlagħab nhar it-Tlieta meta Jardan jilgħabu kontra Qatar fejn rebħa taċċerta post fis-semifinali li tkun fuq tliet konfronti.