Lokali Qorti

Brian Tonna u Karl Cini jinżammu arrestati

Il-Qorti tiċħad ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter

17.00 – Is-seduta kienet aġġornata għal nhar it-Tlieta li ġej.

16.50 – Għalhekk hija ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Brian Tonna, Karl Cini u Manuel Castagna kif ukoll għal Katrin Bondin Carter.

16.40 – Il-Maġistrat tisħaq li l-allegazzjonijiet ta’ frodi fil-konfront ta’ Brian Tonna u Karl Cini ma jagħtuhiex serħan il-moħħ. Dan għaliex ma nġabritx l-evidenza kollha.

14.20 – Il-Maġistrat tħabbar li d-digriet se jingħata fl-4.30.

14.10 – L-Avukat Franco Debono jerġa’ jinsisti li l-klijenta tiegħu qatt ma ħarbet mill-investigazzjonijiet.

13.55 – L-Avukat Tonna Lowell jgħid li din hi kollha ‘logħba’.

13.50 – Hija qalet li suppost kulħadd jaf jiddistingwi bejn it-tajjeb u l-ħażin.

13.35 – L-Avukat Mercieca Rizzo qalet li f’dan il-każ qed nitkellmu fuq imputati professjonali. Nafu li kellhom kumpaniji barra minn Malta imma sal-lum għadna ma nafux jekk ingħalqux jew le. Il-Maġistrat saqsiet jekk hux se jitressqu iktar persuni… Mercieca Rizzi qalet li jista’ jkun li iva jitressqu iktar persuni. Il-Maġistrat saqsiet kif l-ewwel inkjesta ġiet konkluża f’Settembru u tressqu f’Marzu u t-tieni inkjesta ġiet konkluża f’Marzu u tressqu biss 19-il ġurnata wara?” Mercieca Rizzo wieġbet li l-ewwel inkesta kienet waħda ikkumplikata ferm.

13.15 – L-Avukat Franco Debono li qed jirrappreżenta lil Katrin Bondin Carter qal li l-klijenta tiegħu minn dejjem ikkoperat. “Kien hemm xi suspett li din provat taħrab minn Malta?”

13.00 – L-Avukat Michael Scriha f’isem Manuel Castagna qal li huwa għamel biss ħames domandi dwar il-klijent tiegħu… dwar l-affidibbiltà, meta sar jaf li qed jiġi investigat, dwar l-attachement order u meta din ġiet imneħħija u dwar x’kien l-involviment tiegħu. Castagna sab ruħu hawn għax huwa direttur ta’ kumpanija. “X’hemm konkret li l-klijent tiegħi għandu jibqa’ taħt arrest?”

12.54 – Jinsisti li s’sissa “għadna ma smajniex xhud wieħed pajżan.” Jgħid ukoll li “Illum l-Avukat Ġenerali huwa super potenza.” Huwa qal li minkejja l-Qorti allokat ġurnata sħiħa għal din il-kumpilazzjoni, l-Avukat Ġenerali naqas milli jsejjaħ iktar xhieda.

12.40 – L-Avukat Tonna Lowell qal li l-poteri tal-Avukat Ġenerali f’dawn l-aħħar snin żdiedu. Il-fatt li l-klijenti tiegħu huma Karl Cini u Brian Tonna ma jfissirx li għandu jkunu trattati differenti milli kieku kienu persuni oħra.

12.33 – Jibdew jinstemgħu r-rikorsi. Tibda t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

12.25 – Għal-lum daqshekk xhieda. Il-kumpilazzjoni tkompli fis-6 u l-15 ta’ April.

12.22 – Il-Kuntistabbli Samantha Zammit tippreżenta rapport – sabiex tanallizza accounts ta’ kumpanijia – flejjes li jidħlu u joħorġu. Hija investigat kontijiet li kellha Nexia BT u Nexia BT Advisory services.

12.20 – Jibda l-kontro eżami. L-Avukat Tonna Lowell isaqsi lil Ciantar dwar x’irriżulta mill-analiżi. Jintemm dan l-eżami.

12.10 – Ciantar titkellem dwar tranżazzjonijiet li jinvolvu ċittadini barranin, avukati, nutara u f’każ minnhom wieħed ta’ €7,000 li kien jinvolvi “frodatur magħruf”, li Ciantar ma jsemmix min hu. Hemm ukoll kont kurrenti mal-BOV fejn hemm xi tranżazzjonijiet li huma marbuta mal-grupp Nexia BT. Transazzjonijiet li jammontaw għal iktar minn disa’ miljuni.

12.02 – BT International irċeviet flus minn barranin biex jakkwistaw iċ-ċittadinanza. Transazzjonijiet minn tliet legal persons li ammontaw għal €36,000.

12.00 – Il-Kuntistabbli Ritienne Ciantar tispjega l-irwol tagħha fl-investigazzjoni fejn ġiet assenjata biex tanalizza l-accounts f’din l-investigazzjoni – 12 b’kollox. Dan seħħ biex ikun analizzat il-moviment tal-flus. L-informazzjoni ġiet provduta minn banek rispettivi. Meta kien hemm transazzjonijiet suspettużi dejjem irrikorrew għas-superjuri tagħhom.

11.56 – Għall-kumpanija KBT qed tidher l-Avukat Gianella de Marco.

11.53 – Huwa qal li f’waħda mill-kumpaniji, KBT Holdings, kien hemm 511-il tranżazzjoni f’kont tal-BOV. F’waħda mit-tranżazzjonijiet, il-BT International ħallset lil KBT €25,000 fi tranżazzjoni waħda biss. Kumpanija oħra li għamlu transazzjonijiet kbar kienu Kasco u Zenith. Fondi li ħarġu mill-KBT – Nexia BT Ltd irċeviet €36,000 – F’żewġ tranżazzjonijiet f’kont HSBC miżmum mill-istess kumpanija, Nexia BT irċeviet aktar minn €50,000 – Beverly Tonna rċieva €10,000 filwaqt li Brian Tonna rċieva aktar minn €21,000 f’sitt pagamenti.

11.46 – Jitla’ jixhed PC John J Cauchi. Huwa kien parti mit-task force fdata bl-investigazzjoni ta’ Nexia BT. Cauchi jispjega li l-uffiċjali ġew assenjati diversi kumpaniji biex jinvestigaw.

11.44 – L-Avukat Michael Sciriha liqed jidher għal Manuel Castagna jibda l-kontro eżami. L-Ispettur tgħid li Castagna ma kienx imsejjaħ mill-Maġistrat inkwerenti. Hija tikkonferma wkoll li jidher li Castagna ma kienx involut fil-kwostjoni fejn jidħol Adrian Hillman u l-Progress Press

11.38 – Jingħad ukoll li kien hemm dokumentazzjonijiet foloz dwar iċ-ċekk ta’ €84,000 li sar lill-MFSP.

11.35 – Kien hemm dokumenti ppreżentati lill-Pilatus Bank kif ukoll lill-BOV. Brian Tonna u Karl Cini kienu għamluha ċara li d-dokumenti kienu veritiera iżda kienu ‘backdated’. Jerġa’ jissemma l-loan ta’ 100,000 ewro bejn Keith Schembri u Brian Tonna… li kienet suġġetta għal inkjesta maġisterjali. Tonna kien qal li l-€100,000 li ħallas lil Keith Schembri kien il-ħlas lura ta’ self personali li kien irċieva matul iż-żmien meta kien qed jissepara.

11.30 – L-Ispettur Xuereb tgħid li t-tliet Russi li xtraw il-passaport bl-iskema tal-IPP, saru jafu biha permezz ta’ aġent Russu.

11.24 – Tonna Lowell saqsa lill-Ispettur dwar l-allegazzjoni li kienet saret fl-ewwel inkjesta dwar l-allegat kickbacks.

11.18 – L-Avukat Tonna Lowell qal li fl-1 ta’ Marzu, Karl Cini u Brian Tonna rrispondew għad-domandi kollha li sarulhom. L-Ispettur Xuereb tikkonferma dan kollu.

11.14 – Titla’ tixhed l-Ispettur Anne Marie Xuereb. L-Avukat Stephen Tonna Lowell qed jippreżenta lil Karl Cini u Brian Tonna. Jibda jsaqsi l-Avukat Franco Debono. L-Ispettur qalet li Bondin Carter kienu jgħidulha dak li kellha tikteb u tagħmel dak li kien mitlub minnha. “Hija qatt ma ffirmat”.

11.10 – Franco Debono qal li fl-ebda ħin hi ma pprovat taħrab minn Malta.

11.07 – L-Avukat Debono saqsa li bil-kelma ħejjiet, l-Ispettur qed jifhem li Bondin Carter ‘ittajpjat’. Debono qal li jidher li Katrin Bondin Carter qatt ma ffirmat dokumentazzjoni.

11.00 – Jibda l-kontro eżami – l-Avukat Franco Debono jidher għal Katrin Bondin Carter. Debono jgħid li Bondin Carter dejjem ikkoperat mal-Pulizija. Huwa qal li Katrin Bondin Carter kienet biss ‘tajpista’. L=Ispettur Camilleri jgġid li hi kienet qed tirċievi emails minn Karl Cini dwar x’għandha tagħmel. Huwa qal li hi kienet qed tlesti d-dokumentazzjoni. Il-Maġistrat tistaqsi ‘dan x’ifisser eżatt?’

10.58 – Camilleri jibda jitkellem dwar Katrin Bondin Carter, fejn hi flimkien ma’ Karl Cini, appoġġjat dokumenti li ngħataw lill-Bank Pilatus. Bondin Carter ikkooperat mal-investigaturi matul l-interrogazzjoni tagħha, iżda talbet għal xi żmien biex tivverifika xi tranżazzjonijiet li jmorru lura għal ftit snin.

10.57 – Camilleri jirreferi għal inkjesta maġisterjali separata, mmexxija minn Josette Demicoli, dwar pagamenti li Keith Schembri għamel lill-eks direttur maniġerjali tal-grupp Allied Adrian Hillman. L-ispettur jgħid li l-esperti f’din l-investigazzjoni kkonkludew li l-ħlasijiet kienu relatati ma’ ftehim li l-kumpanija Kasco għamlet ma’ Progress Press. Huwa qal ukoll li kien hemm ukoll ħlasijiet oħra li saru lill-Vince Buhagiar.

10.54 – Manuel Castagna kien interrogat imma ma wieġeb għall-ebda mistoqsijiet li sarulu… l-istess bħalma għamlu Cini u Tonna.

10.50 – L-Ispettur Camilleri ta dettalji ta’ dak li seħħ meta kien arrestat Brian Tonna, fejn kienu sekwestrati diversi apparat elettroniku. Huwa qal ukoll li f’Settembru tas-sena li għaddiet qal lill-Maġistrat Josette Demicoli sabiex toħroġ mandtat ta’ arrest fil-konfront ta’ Manuel Castagna, Brian Tonna, Karl Cini u Keith Schembri.

10.45 – L-Ispettur Ian Camilleri jibda jixhed. Huwa jaħdem fid-Dipartiment financial crimes investigation. Camilleri analizza t-tranżazzjonijiet elenkati f’inkjesta konkluża minn Natasha Galea Sciberras fi stqarrijiet li Brian Tonna kien involut f’kickbacks fuq il-bejgħ ta’ passaporti Maltin. Ian Camilleri kien ukoll l-uffiċjal li arresta lil Tonna fid-dar tiegħu f’Marsaskala.

10.44 – Jaslu issa t-tliet imputati l-oħra… iktar minn għaxar minuti tard.

10.40 – Tidħol fl-Awla l-Maġisrtat Donatella Frendo Dimech. Tlieta mill-imputati għadhom ma waslux fl-awla… il-Maġistrat tgħid li dan mhux aċċettabbli. Hija titlob lid-Direttur tal-Ħabs sabiex kif dejjem għamel l-ordinijet tal-Qortu jiġu rispettati min-nies tiegħu. S”issa waslet biss Katrin Bondin Carter. Is-seduta titkompla xorta waħda.

10.30 – Minn hawn u ftit tal-minuti oħra minstennija tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ erba’ persuni oħra – Karl Cini, Brian Tonna, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter. Jibdew jidħlu fl-Awla diversi Avukati fosthom l-Avukat Gianella de Marco.

9.05 – Is-seduta aġġornata għall-5 ta’ April fit-8.30 ta filgħodu u għad-9 ta’ April fl-istess ħin. Nerġgħu nkunu magħkom fl-10.30 fejn se tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Brian Tonna u Karl Cini.

9.00 – L-Avukat tad-difiża qalet li x-xogħol li qed issir mill-Pulizija qed isir u jittieħed bl-ikbar sejetà.

8.55 – L-Avukat Edward Gatt jitlob li fis-seduta li jmiss il-Prosekuzzjoni tressaq lil dawk ix-xhieda li ġenwinanent tqis li huma sensittivi.

8.53 – Keith Schembri jidher imiss wiċċu.

8.50 – Il-Qorti f’dan l-istadju tiċħad it-talba mill-ħelsien tal-arrest ta’ Keith Schembri, Malcolm Scerri, u Robert Zammit. Alfio Schembri jingħata l-ħelsien mill-arrest. Alfio Schembri irid jiddepożita l-passaport, il-karta tal-identità u l-liċenzja tas-sewwieq tiegħu mal-qorti, u jiffirma fl-għassa tal-pulizija ta’ Bormla kuljum. Huwa se jpoġġi depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €50,000 għall-ħelsien mill-arrest.

8.45 – Bħalissa l-Maġistrat qed taqra l-argumenti tad-difiża favur il-ħelsien mill-arrest: l-akkużat kienu ilhom żmien twil fuq il-ħelsien mill-arrest tal-pulizija, l-assi tagħhom huma ffriżati, mhumiex f’riskju li jaħarbu.

8.43 – Alfio Schembri jinsab iħares wiċċu ‘l isfel iħares ċass lejn l-art.

8.40 – Jasal fl-Awla Keith Schembri. L-Avukat Edward isejjaħlu biex jersaq fil-ġenb ħalli jkellmu. Jaslu wkoll it-tliet impoutati l-oħra. Tidħol il-Maġistrat.

8.35 – Minn ħin għall-ieħor nistennija jaslu fl-Awla l-imputati Keith Schembri, Alfio Schembri, Malcolm Scerri u Robert Zammit.

8.30 – Jibdew jaslu l-Avukati f’Awla numru 22, fosthom l-Avukat ta’ Keith Schembri.

X’qed nistennew illum

Dalgħodu għall-ħabta tat-8:30am mistennija tittieħed id-deċiżjoni, mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, dwar jekk Keith Schembri jingħatax il-libertà proviżorja wara l-arrest tiegħu fl-20 ta’ dan ix-xahar, għaxart ijiem li Keith Schembri flimkien ma’ persuni oħra arrestati mill-Pulizija dakinhar, qattagħhom taħt arrest fil-Ħabs ta’ Kordin.

Keith Schembri u Alfio Schembri

Id-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest mistennija tittieħed ukoll fil-konfront ta’ missier Keith Schembri Alfio, is-sieħeb fin-negozju Malcolm Scerri u l-kontrollur finanzjarju Robert Zammit.

Fost oħrajn waqt is-seduta tal-bieraħ fil-Qorti l-uffiċjal tal-Pulizija Emmanuel Schembri qal li l-analiżi tiegħu ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu kont fi proprjetà ta’ BTI Management Ltd sabet li madwar €600,000 għaddew mill-kont f’44 tranżazzjoni bejn l-2015 u l-2016. Bejn wieħed u ieħor €250,000 marru għal individwi.

Intant, aktar tard dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter ta’ Nexia BT. Dawn ukoll għandhom talba għall-ħelsien mill-arrest li deċiżjoni fuqa mistennija tittieħed illum.

Brian Tonna, Karl Cini, Manuel castagna u Katrin Bondin Carter

B’rabta ma’ dan il-każ tressqu 11-il persuna… kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. 8 minn dawn (fosthom Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini) bħalissa qegħdin fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin filwaqt li Lorraine Falzon u Matthew Pace ta’ Zenith u Vincent Buhagiar tat-Times ingħataw il-libertà proviżorja bil-każi tagħhom issa mistenni jkompli lejn l-aħħar ta’ April.

X’ġara lbieraħ fil-Qorti?

Fil-Qorti issoktat id-diskussjoni imqanla biex Keith Schembri, missieru Alfio, Robert Zammit u Malcolm Scerri tal-Kasco jingħataw il-libertà proviżorja.

L-avukat ta’ Schembri fil-Qorti qal lill-Maġistrat “Jekk jgħoġbok iżżommomx ġewwa, dawn l-erba’ rġiel, nassigurak iridu li ssir ġustizzja.”  Bl-avukat Edward Gatt jghid li Keith Schembri qatt mhu se jaħrab mill-pajjiż għaliex skont hu “qas jista’ joħroġ jieħu kafe barra.”

Minn naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li l-proċeduri jinsabu fi stadju bikri ħafna.. qalet li r-reati huma gravi u ma sarux darba biss… u saru fuq perjodu twil ta’ żmien, tant li baqgħu għaddejin tal-2019.

Il-Prosekuzzjoni saħqet li fl-2016 beda proċess ta’ dokumentazzjoni biex Schembri u l-oħrajn jippruvaw jaħbu dak li kien ġara. Tgħid li dan juri li mhux se jħallu l-kors tal-ġustizzja għaddej b’mod seren. Inċidentalment, dan seħħ eżatt fil-perijodu li fih Daphne Caruana Galizia zvelat il-Panama Papers.

L-Avukati tal-maġġorparti tal-imputati inkluż ta’ Keith Schembri