Futbol Sport

Magħżul il-logo uffiċjali għall-Olimpjadi u l-Paralimpjadi tax-xitwa tal-2026

Wara vot bejn żewġ disinji, kien magħżul il-logo uffiċjali għall-Olimpjadi u l-Paralimpjadi tax-xitwa li se jsiru fl-2026 f’Milan u Cortina d’Ampezzo fl-Italja

Il-logo ‘Futura’ li juri n-numru 26 b’kulur abjad, intagħżel fuq id-disinn ta’ ‘Dado’ wara li kiseb il-maġġoranza tal-voti ta’ 871,566 persuna f’kompetizzjoni li saret online.

L-organizzaturi tal-Olimpjadi qalu li l-logo ‘Futur’ jirrapreżenta s-sostennibilità u juri kif ġesti żgħar jistgħu jagħmlu d-differenza. Milan u Cortina rebħu d-dritt li jospitaw l-Olimpjadi u l-Paralimpjadi tax-xitwa tal-2026 wara li għelbu l-isfida tal-Iżvezja. L-Olimpjadi mistennija jsiru bejn s-6 u s-26 ta’ Frar tal-2026 filwaqt li l-Paralimpjadi se jsiru bejn s-6 u l-15 ta’ Marzu tal-istess sena.