Lokali

Mara u anzjana arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Mara ta’ 47 sena u anzjana ta’ 72 sena spiċċaw arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li nqabdu b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar fil-Kalkara.

Wara jiem ta’ osservazzjoni u investigazzjonijiet, nhar it-Tnejn, tard matul il-lejl, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ċċirkondaw residenza fil-Kalkara.

Minn tfittxija f’residenza wasslet biex instabu diversi qratas b’sustanza suspettata droga kokaina lesta biex tiġi ttraffikata. Ammont ieħor tal-istess droga nstabet moħbija fl-istess residenza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata rigward il-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Iż-żewġ nisa qegħdin jinżammu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana għal aktar stħarriġ fejn huma mistennija jitressqu l-Qortii fil-jiem li ġejjin.