Raġel ta’ 50 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar 3 metri għoli waqt li kien qed jaħdem f’maħżen fi Triq John Michael Testa, f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ ftit wara 9am.
Minnufih wara l-inċident ġie msejjaħ tim mediku li mar fuq il-post tal-inċident sabiex jassisti lir-raġel. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.