Futbol Sport

Rebħiet kbar għall-Belġju u l-Olanda

(Ritratt: EPA)

Hekk kif illejla ntlagħbu għadd ta’ partiti mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 spikkaw ir-rebħiet kbar li kisbu l-Belġju u l-Olanda. Il-Belġju minn Grupp E għelbu lil Belarus 8-0 filwaqt li minn Grupp G l-Olanda barra minn darhom għelbu lil Ġibiltà 7-0. Spikkaw wkoll id-draw ta’ 3-3 li l-Latvja kisbu kontra t-Turkija.

Minn Grupp H, l-istess grupp ta’ Malta, rebħa sorpriża għal Ċipru fuq l-Islovenja, bil-gowl għaċ-Ċiprijotti jkun skorjat min IOANNIS PITTAS fit-42 minuta. Wara d-draw kontra Malta, l-Islovakkja wkoll kisbu rebħa sorpriża meta għelbu lir-Russja 2-1. MILAN SKRINIAR fetaħ l-iskor għall-Islovakkja wara 38 minuta b’MARIO FERNANDES iġib l-iskor indaqs fil-71 minuta. Erba’ minuta wara, ROBERT MAK għamilhom 2-1, skor li bih intemmet il-partita.

FAŻI TA’
KWALIFIKAZZJONI TAZZA TAD-DINJA 2022
Illum: GRUPP A: Azerbaijan v Serbja 1-2, Lussemburgu v Portugall 1-3 GRUPP E: Belġju v Belarus 8-0, Wales v R. Ċeka 1-0 GRUPP G: Ġibiltà v Olanda 0-7, Motenegro v Norveġja 0-1, Turkija v Latvja 3-3 GRUPP H: Ċipru v Slovenja 1-0, Kroazja v Malta 3-0, Slovakkja v Russja 2-1 Għada: GRUPP B: Greċja v Ġorġja 8.45pm, Spanja v Kossovo 8.45pm GRUPP Ċ: Litwanja v Italja 8.45pm, Irlanda ta’ Fuq v Bulgarija 8.45pm GRUPP D: Bosnija v Franza 8.45pm, Ukranja v Kazakhstan 8.45pm GRUPP F: Awstrija v Danimarka 8.45pm, Moldova v Iżrael 8.45pm, Skozja v Gżejjer Faroe 8.45pm GRUPP I: Andorra v Ungerija 8.45pm, Ingilterra v Polonja 8.45pm, San Marino v Albanija 8.45pm GRUPP J: Armenja v Rumanija 8.45pm, Ġermanjna v Maċedonja 8.45pm, Liechtenstein v Iżlanda 8.45pm