Futbol Sport

Il-kowċ Malti Jose Borg b’esperjenza ġdida fil-Kanada

Il-kowċ Malti Jose Borg se jkun qed jibda esperjenza ġdida ma’ l-iskwadra ewlenija ta’ FC Manitoba, tim li jikkompeti fil-USL League, li hu kkunsidrat bħala r-raba’ diviżjoni fl-Istati Uniti.

Kawża tal-pandemija tal-COVID-19, il-kampjonat kien ikkanċellat għat-tieni staġun konsekuttiv u b’hekk Manitoba se jkunu qed jieħdu sehem flimkien ma’ Calgary Foothills Soccer Club f’inizjattiva sabiex il-players xorta jkollhom opportunità ta’ logħob kompetittiv.

F’pajjiżna Borg, mexxa lil Luxol St. Andrew u lil Tarxien Rainbows u fl-aħħar xhur kiseb ukoll l-liċenzja UEFA Pro. It-tim manager ta’ FC Manitoba faħħar il-kwalitajiet ta’ Borg fejn qal li hu l-persuna ideali biex jimmotiva lill-player u jġib sistema aktar professjonali.