Futbol Sport

Il-UEFA se tħalli f’idejn l-awtoritajiet lokali sabiex jiddeċiedu dwar l-ammont ta’ partitarji fl-istadiums

Wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, kien deċiż li l-awtoritajiet lokali se jkun responsabbli ta’ kemm se jħallu partitarji fl-istadiums. Fl-1 ta’ Ottubru, l-UEFA kienet iddeċidiet li għandhom jiġu aċċettati biss sa massimu ta’ 30% tal-partitarji ta’ kemm jesa l-istadium.

Bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 tkun waħda fluwida u differenti f’kull pajjiż il-UEFA ddeċidiet li għandha tkun deċiżjoni tal-awtorijtajiet lokali li jiddeċiedu kemm jidħlu partitarji fl-istadiums rispttivi.

Jidher li f’pajjiżna s-sitwazzjoni hi waħda differenti dan wara li l-Kampjonati u l-isport kollu f’pajjiżna jinsabu sospiżi sal-11 t’April b’deċiżjoni dwar x’ser iseħħ għad trid tittieħed, iżda r-ritorn tal-partitarji fl-istadium jidher li għadu ftit ‘il bogħod biex ikun diskuss.

Il-UEFA qed tħares li fl-EURO 2020 li se ssir fi 12-il belt madwar l-Ewropa l-istadiums li se jospitaw il-partiti jkunu jistgħu jilqgħu il-partitarji bl-Ingilterra jidher li se jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li jagħmel dan hekk kif dan mistenni jseħħ għall-aħħar żewġ partiti tal-Premier League.

Fl-istess laqgħa, kien deċiż ukoll li fl-EURO 2020 u fil-partiti finali tal-UEFA Nations League se jkunu jistgħu jsiru ħames sustituzzjonijiet.