Il-pulizija Indoneżjani sparaw għal fuq persuna li kienet dieħla fil-kwartieri-ġenerali tal-pulizija f’Jakarta, bl-awtoritajiet wara jgħidu li l-pulizija kienu qed iwieġbu għal ‘allegat attakk terroristiku’.
L-istazzjonijiet ta-xandir fl-aħħar sigħat urew il-filmati ta’ persuna b’velu u l-ilbies iswed waqt li kienet dieħla fil-kumpess u fejn jinstemgħu l-isparaturi ftit tal-ħin wara.
Il-persuna, wara, tidher qed taqa’ mal-art u ma dehritx tiċċaqlaq waqt li l-uffiċjali tal-pulizija kienu qed iduru madwarha. Il-persuna ma kenitx identifikata fost ‘nuqqas ta’ dettalji’ u bil-pulizija ma jikkummentawx dwar iċ-ċirkustanzi tal-każ.
Mhix l-ewwel darba li l-għasses u l-kumplessi tal-pulizija spiċċaw mira ta’ terroriżmu fl-Indoneżja – bl-attakki jitwettqu mill-gruppi lokali ta’ estremisti.
Dan l-inċident, fil-fatt, seħħ ftit jiem wara li żewġ aggressuri suwiċida kienu attakkaw katidral tal-Kattoliċi fil-belt ta’ Makassar ( fil-gżira ta’ Sulawesi) u fejn kienu ndarbu talanqas 20 persuna fl-inħawi.
“
//= $special ?>