Aktar kmieni llum wara nofsinhar itellgħu il-gruppi tal-kompetizzjoni prinċipali tal-BOV ePremier League li se jkun qed jibda fis-7 ta’ April. Din se tkun it-tieni edizzjoni ta’ dan it-tournament wara li l-ewwel edizzjoni Christian Spiteri rebaħ dan it-tournament f’isem Santa Lucia.

Kull tim fil-Premier League se jkun rappreżentat minn persuna tal-għażla tal-klabb rispettiv, b’Christian Spiteri, Shaun Galea, Ryan Cauchi, Brandon Galea u Dunstan Vella kwalifikaw għal dan ir-round mill-edizzjoni tas-sena li għaddiet filwaqt li l-kompetituri l-oħrajn kwalifikaw minn sessjoni ta’ kwalifikazzjoni li sare online.

Kull partita se tkun imxandra b’mod dirett fuq is-sit uffiċjali www.maltaepremierleague.com kif ukoll fuq Youtube u Twitch.
//= $special ?>