Fl-aħħar jiem kienu ħafna l-iżviluppi li seħħew, wieħed wara l-ieħor, b’konnessjoni ma’ diversi reati kriminali – reati li prattikament kollha jinvolvu uffiċjali tal-Gvern, Ministri, jew persuni li kienu qrib ħafna ta’ Kastlja fl-aħħar snin.
Dwar dan, Net News bagħat għadd ta’ mistooqsijiet lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Fost l-oħrajn staqsejna jekk il-Pulizija interrogawx lill-Ministri attwali dwar l-allegazzjonijiet li qed jagħmlu l-aħwa Degiorgio, u li xehed dwarhom taħt ġurament Vince Muscat il-Koħħu fejn it-tliet irġiel qed jimplikaw Ministru attwali b’reat kriminali.
Madankollu, għal din il-mistoqsija il-Pulizija wieġbet li “mhuwiex prudenti li l-Korp jikkummenta f’dan l-istadju dwar dak mistoqsi, u dan sabiex ma tiġix imfixkla l-amministrazzjoni retta tal-ġustizzja”
L-istess tweġiba tawhielna għal mistoqsija dwar jekk il-Kummissarju staqsiex lill-Aħwa Degiorgio u lil Vince Muscat għall-isem ta’ dan il-Ministru attwali, fil-Gvern ta’ Robert Abela.
Intant għall mistoqsija dwar jekk … wara r-rivelazzjonijiet fuq Macbridge li ħarġu din il-ġimgħa u li jitfgħu dell tqil fuq Konrad Mizzi u fuq Joseph Muscat… il-Kummissarju sejjaħx għall-eks Ministru u l-eks Prim Ministru… it-tweġiba tal-Pulizija kienet li ma jistgħux jagħtu dettalji dwar l-identita ta’ xi ħadd arrestat fuq suspett raġonevoli li jkun għamel xi reat jew li se jiġi akkużat quddiem il-qrati.
Tweġiba identika għall-mistoqsijiet dwar jekk il-Kummissarju jafx fejn jinsab Adrian Hillman… jekk jinsabx Malta jew barra minn Malta… jekk ġiex interroga jekk jinsab f’pajjiżna.. u jekk jinsab imsiefer…meta se jiġi estradit.
Hillman allegatament kien involut li għamel flimkien mal-eks Chief of Staff ta’ Kastilja Keith Schembri li ilu għaxart ijiem miżmum il-ħabs fuq ħdax il-kap t’akkuża.
//= $special ?>