Futbol Sport

L-Ingilterra eliminati mill-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena

(Ritratt: EPA)

Aktar kmieni saru magħrufa t-timjiet kollha se jkunu qed jieħdu sehem fil-kwartifinali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena li se jkunu qed isiru fis-sajf li ġej.

Minn Grupp D, tispikka l-eliminazzjoni tal-Ingliterra fejn wara li tilfu l-ewwel żewġ partiti, fl-aħħar partita kontra l-Kroazja riedu jirbħu b’distakk ta’ żewġ gowls. Wara li fetħu żewġ gowls vantaġġ permezz ta’ penalty ta’ Eberechi Eze wara 12-il minuta u gowl ta’ Curtis Jones fl-74 minuta, l-Kroazja skorjaw il-gowl li fisser kwalifikazzjoni fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem it-tieni taqsima permezz ta’ Domagoj Bradaric. Lejn it-tmiem għall-Ingilterra tkeċċa wkoll Curtis Jones.

Mill-istess grupp kwalifikaw permezz tal-ewwel post il-Portugall li temmew din il-fażi b’punti massimi wara li fl-aħħar partita għelbu lill-Iżvizzera 3-0. Il-gowls tal-Portugall kienu skorjati minn Diogo Queiros wara tliet minuti, Trincao mas-siegħa logħob u Chico Conceicao għamel l-iskor finali 3-0. L-Iżvizzera temmew il-partita jilgħabu bi player anqas meta fit-72 minuta tkeċċa Miro Muheim.

Minn Grupp Ċ, kwalifikaw d-Danimarka u Franza li temmew fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament. Id-Danimarka rebħu l-aħħar konfront kontra r-Russja 3-0 biex b’hekk temmew din il-fażi b’punti massimi. Jacob Bruun Larsen, Anders Dreyer u Carlo Holse skorjaw għad-Danimrka.

Franza minn naħa l-oħra għelbu lill-Iżlanda 2-0 bil-gowls ta’ Franza jkunu skorjati minn Matteo Guendouzi wara 17-il minuta u Odsonne Edouard fit-38 minuta.

B’hekk it-timijiet li kwalifikaw għall-kwartifinali huma: l-Olanda, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, l-Iżvizzera, Franza, il-Portugall u l-Kroazja, bil-kwartifinali mistennija jintlagħbu fl-aħħar ta’ Mejju filwaqt li l-kwartifinali tintlagħab fis-6 ta’ Ġunju.

KAMPJONATI EWROPEJ TA’ TAĦT IL-21 SENA
Ilbieraħ: GRUPP A: Ġermanja v Rumanija 0-0, Olanda v Ungerija 6-1 GRUPP B: Italja v Slovenja 4-0, Spanja v R. Ċeka 2-0 Illum: GRUPP Ċ: Danimarka v Russja 3-0, Iżlanda v Franza 0-2 GRUPP D: Kroazja v Ingilterra 1-2, Żvizzera v Portugall 0-3